Ambjent
Malta bit-tieni l-ikbar żieda fl-emissjonijiet fl-Unjoni Ewropea

Is-sena li għaddiet, Malta kellha t-tieni l-akbar żieda fl-emissjonijiet wara l-Latvja.

Stima tal-Eurostat turi li l-emissjonijiet mill-ħruq tal-fuels f’Malta żdiedu b’6.7 fil-mija, u kienet fost tmien pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li kellhom żieda fl-emissjonijiet.

Madankollu bħala medja, l-emissjonijiet fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea naqsu bit-2.5 fil-mija fuq l-2017.

Il-Eurostat spjega li l-emissjonijiet fl-atmosfera huma marbuta l-iżjed mat-trasport u l-attività industrijali, mal-livell tal-attività ekonomika u maż-żieda tal-popolazzjoni.

L-ikbar tnaqqis fl-emissjonijiet kien reġistrat fil-Portugall u fil-Bulgarija.