Lokali
Malta bit-tieni l-ogħla rata annwali ta’ żieda fil-bejgħ bl-imnut

Ċifri dwar il-bejgħ bl-imnut li jirriflettu l-livell ta’ konsum u tal-ekonomija juru li Malta kellha t-tieni l-ogħla rata annwali ta’ żieda fil-bejgħ bl-imnut.

Il-Eurostat qal li fiż-żona tal-ewro f’Lulju kien hemm tnaqqis fil-bejgħ bl-imnut meta mqabbel max-xahar ta’ qabel. L-akbar tnaqqis kien fil-Kroazja (-3.3%) u fil-Ġermanja(-2.2%).

Mill-banda l-oħra Malta kienet mal-erba’ pajjiżi li rrapportaw li kellhom l-akbar żieda fil-bejgħ bl-imnut flimkien mal-Irlanda, is-Slovenja u l-Bulgarija. Fuq bażi annwali Malta b’żieda ta’ 6.5% kellha l-ogħla żieda fil-bejgħ bl-imnut wara r-Rumanija.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

Il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea, b’xi mod jew ieħor jaffettwaw lil kull wieħed u waħda minnha. Għaldaqstant, matul proċess twil sakemm tgħaddi xi liġi ġdida, ir-rappreżentanti tagħna fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill tal-Unjoni…

Lokali

Miet jagħmel l-aktar ħaġa għal qalbu . . . jaħdem il-karrijiet tal-Karnival. Jean Paul Bonett, magħruf bħala ċ-Chippy, se jagħlaq sitt xhur mindu ħa xokk f’maħżen tal-Karnival li ħallieh tal-post….

Negozju

It-tarzna ta’ Bormla ser ikollha sidien ġodda hekk kif il-kumpanija Palumbo lesta li tbiegħ nofs l-ishma tagħha lil kumpanija MSC Cruises. Il-proċess għal dan it-trasferiment tal-ishma diġà beda tant li…

Aktar