Saħħa
Malta bit-tieni l-ogħla rata fl-Ewropa tal-marda sesswali s-Sifilide

Is-Sifilide, marda trasmessa sesswalment, infirxet b’rata mgħaġġla f’Malta mill-2007 ‘l hawn hekk kif pajjiżna qed jikklassifika bit-tieni l-ogħla rata tal-marda fl-Ewropa.

Skont l-aġenzija Ewropea għall-Prevenzjoni u kontroll tal-Mard (ECDC), l-Ewropa qed tesperjenza żieda sostanzjali tal-marda bl-Iżlanda tikklassifika fl-ogħla post b’rata ta’ 15.4 każ tal-infezzjoni għal kull 100,000 persuna segwita minn Malta b’13.5 każ għal kull 100,000 persuna. Ir-Renju Unit jinsab fit-tielet post b’11.5 każ.

It-tabib Andre Amato-Gauci, li mexxa dan l-istudju dwar mard trasmess sesswalment għall-ECDC, qal li din il-marda żdiedet b’70% f’temp ta’ 10 snin minħabba diversi fatturi.

It-tabib qal li xi persuni qed jagħżlu li jkollhom x’jaqsmu mingħajr ma jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. L-inċidenza qed kull ma jmur tikber ukoll l-għaliex qed jiżdiedu l-każijiet ta’ persuni li jkollhom x’jaqsmu ma’ aktar minn persuna waħda filwaqt li jemmen ukoll li l-kultura teknoloġika tad-dating apps bħal Tinder u Grindr, li wieħed juża biex ikollu x’jaqsam ta’ malajr ma’ persuni ġodda, qed tgħin lill-marda tkompli tinxtered.

Dr Amato-Gauci qal li hemm bżonn ta’ aktar għarfien dwar din il-marda u l-konsegwenzi li ġġib magħha filwaqt li jemmen li għandhom isiru kampanji dwar kif wieħed għandu jagħmel biex jara li ma jispiċċax ilaqqat dan il-mikrobu.

Is-Silifide twassal għal ulċeri fil-partijiet intimi u raxx li jinfirex mal-ġisem kollu, problemi fil-qalb, problemi newroloġiċi kif ukoll twassal għal korrimenti jew trabi li jitwieldu mejta.

Aħbarijiet Oħra
TV u Radju

Il-ġurnalisti tal-PBS rebħu 9 unuri għal stejjer u produzzjonijiet li xxandru fuq TVM, Radju Malta u tvm.com.mt. Sitta mid-disgħa kategoriji li ntrebħu mill-PBS intrebħu lis-sitt ġurnalisti tal-kamra tal-aħbarijiet fosthom għal…

Lokali

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2019 Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu l-istorja dwar il-fdalijiet ta’ katavru li l-pulizija sabet…

Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Tfal

Skont l-aġenzija appoġġ, madwar mitt tifel u tifla ngħataw għall-kura għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess minħabba li spiċċaw f’diffikultajiet fosthom mard serju jew spiċċaw bla saqaf fuq…

Aktar