Politika
Malta b’kariga ta’ Viċi President fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda

Malta, permezz tal-ambaxxatur għan-Nazzjonijiet Magħquda, Carmelo Inguanez, qiegħda tippresiedi wħud mis-sessjonijiet tal-74 sessjoni tal-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Magħquda. Dan wara li għall-ewwel darba wara tmintax-il sena, Malta intgħażlet bħala wieħed mill-Viċi Presidenti f’din is-sessjoni li l-ġimgha d-dieħla mistennija tkun indirizzata mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

F’intervista ma’ TVM, l-Ambaxxatur Inguanez wera ruħu ottimist li Malta ser tilħaq il-mira li 4 snin oħra tikseb ukoll siġġu mhux permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà ta’ din l-organizazzjoni dinjija.

Malta din is-sena għandha viżibbiltà akbar fin-Nazzjonijiet Magħquda hekk kif l-ambaxxatur Carmelo Inguanez ġie elett bex ikun Viċi President tal-Assemblea mill-grupp tal-pajjiżi tal-Punent tal-Ewropa u pajjiżi oħra li fost oħrajn jinkludu l-Kanada, New Zealand u Iżrael. L-Ambaxxatur Inguanez qal li Malta ma ġietx ikkontestata u dan qal juri stima u fiduċja li Malta tgawdi fin-Nazzjonijiet Magħquda.

“Li tkun viċi President tal-assemblea ġenerali toffri viżibbiltà għal Malta. Il-pajjiżi l-oħra jinnutaw li qed tikkontribwixxi għall-aġenda tal-Assembela Ġenerali li hija li taqta’ l-povertà, tneħħi l-inġustizzji u żżomm fuq l-aġenda l-iżvilupp sostenibbli.”

Dawn il-punti tal-aġenda mhux biss qegħdin fir-riżoluzzjnijiet iżda anke jinsabu stampati anke fl-art fid-daħla tal-kwartieri ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda. L-Ambaxxatur Inguanez qal li dawn it-temi flimkien mal-multi-lateraliżmu mistennija jkunu fl-aġenda tal-Prim Ministru Joseph Muscat meta nhar il-Ħamis jindirizza lill-Assemblea Ġenerali fil-ġimgħa ddedikata għall-mexxejja mill-erbat irjieħ tad-dinja.

Il-fatt li Malta qed tippresjedi l-Assemblea hija preludju biex fl-2023 Malta tittama li tikseb siġġu fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda. L-Ambaxxatur Inguanez huwa pjuttost ottimist li Malta ser jirnexxielha tagħmel dan.

“Li huwa ċert, nitkellmu fuq il-fatti bħalissa hemm żewġ kandidati: aħna u l-Iżvizzera għax hemm tnejn postijiet vakanti u allura l-probabbiltà hija favurina. Però ma tistax tgħid għax jista’ jidħol pajjiż ieħor fil-logħba.”

L-Ambaxxatur Inguanez qal li Malta dejjem ħaddnet il-valuri tan-Nazzjonijiet Magħquda u tul is-snin qdiet diversi funzjonijiet fi ħdan l-organizazzjoni dinija. Hu qal li kemm il-funzjoni bħala Viċi President tal-Assemblea kif ukoll il-kandidatura ta’ Malta biex wara aktar minn 30 sena terġa’ sservi fil-Kunsill tas-Sigurtà huma parti mill-pjan tal-Gvern biex jippromwovu lill-pajjiżna fis-sistema multi laterali għall-paċi u s-sigurtà fid-dinja.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Kull sena f’Malta jfeġġu madwar 20 każ ta’ kanċer fit-testikoli. Hu stmat li kull sena jmutu żewġt irġiel b’dan il-kanċer. Stħarriġ li sar ix-xahar li għadda wera li tnejn minn…

Kronaka

Lejlet it-tieni anniversarju mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia tnieda rapport imħejji minn Reporters Without Borders u The Shift News dwar ċ-ċirkostanzi li fihom seħħ il-qtil, l-investigazzjoni li saret dwaru, ir-reazzjoni…

Immigrazzjoni

L-AFM għaddejja b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex issalva 76 immigrant, fosthom 15-il mara li wħud minnhom qed iġorru tarbija, li jinsabu f’diffikultà bejn sema u ilma. Id-dgħajsa, li fuqha jinsabu l-immigranti,…

Kronaka

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, talab mill-ġdid għas-sospensjoni tal-proċeduri kontrih. L-avukat ta’ Degiorgio, Dr William Cuschieri talab lill-Prim Awla biex tissospendi l-proċeduri kontrih fil-Qorti…

Aktar