Malta bl-akbar rata ta’ mwiet fost it-tfal fl-Ewropa tal-punent

Studju internazzjonali ppubblikat illum wera li fl-aħħar snin Malta kellha l-ogħla rata ta’ mwiet fl-Ewropa tal-punent fost tfal taħt il-ħames snin.

Minn dan l-istudju  jirriżulta li jmutu sebat itfal għal kull 1,000 tarbija li titwieled. L-istudju kien ippubblikat mill-Institute for Health Metrics and Evaluation ta’ Seattle.

Ir-rata ta’ Malta kienet ta’ sebat imwiet għal kull elf tarbija li titwieled. Isegwi r-Renju Unit b’4.9 fil-mija fejn flimkien ma’ Malta rreġistra l-agħar rata ta’ mwiet fost it-tfal fl-Ewropa tal-punent.

Ir-rati ta’ mwiet fost it-tfal fl-Ewropa ċentrali kienet ta’ 6.7 mwiet għal kull elf twelid u 9.7 fl-Ewropa tal-lvant.

http://www.thelancet.com/themed/global-burden-of-disease

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia llum bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ John Paul Woods li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia u li ħeba l-katavru tagħha. Ir-raġel kien wieġeb…

Sajd

Kważi sena u nofs minn maltempata qawwija li ħalliet ħerba f’diversi nħawi tal-pajjiż, il-gvern ħabbar li qed jalloka miljun ewro għal skema ta’ kumpens finanzjarju lil sajjieda li l-bastimenti tagħhom…

Qorti

Raġel ta’ 50 sena qed ikun akkużat, fost oħrajn, li stupra lis-sieħba ripetutament u li ħa xbiehat ta’ natura sesswali tagħha bil-ħsieb li jheddidha bihom. Huwa qed jiċħad l-akkużi. Ir-raġel tressaq…

Kronaka

Raġel ta’ 51 sena li jgħix is-Siġġiewi qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar. Il-Pulizija kienu infurmati bl-inċident fi Triq il-Katakombi għall-ħabta tal-10.00am. Il-Pulizija tad-Distrett…

Aktar