Lokali
Malta bl-akbar żieda fit-tkabbir ekonomiku fiż-żona Ewro

L-Uffċċju tal-Istatistika Ewropew, il-Eurostat kkonferma li fit-tielet kwart ta’ din is-sena, Malta kellha l-akbar żieda fit-tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi tal-Ewro u t-tieni l-akbar żieda fost it-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea.

Ċifri tal-Eurostat juru li l-Prodott Domestiku Gross f’Malta bejn Lulju u Settembru żdied b’1.9% u laħaq 7.7% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.

Ir-Rumanija biss kellha rata aħjar minn ta’ Malta meta rreġistrat żieda ta’ 2.6% fil-Prodott Domestiku Gross tagħha li tela’ għal 8.6%.

Il-Eurostat qal li fit-tielet kwart tas-sena, il-medja tat-tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kienet ta’ 2.6% wara li din żdiedet b’ 0.6% fuq fl-istess tliet xhur tas-sena l-oħra.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Eyob Melake Ecobagaber, Eritrean ta’ 27 sena nżamm arrestat wara li ġie mixli li lbieraħ stupra mara Franċiża f’Paceville. Huwa ġie arrestat wara li l-Pulizija rċeviet telefonata anonima li kien…

Lokali

Il-Malta Industrial Parks se tkun qed tinvesti €190,000 f’bowsers ġodda li jissupplixxu bl-ilma l-vetturi tat-tifi tan-nar tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li wara inċidenti kbar bin-nirien fil-pajjiż…

Lokali

Raġel ta’ 84 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li aktarx waqa’ waqt li kien qiegħed jagħmel użu minn sellum ġewwa r-residenza tiegħu. Il-każ seħħ fi Triq Nicolo Isouard il-Mosta. Il-Pulizija…

Lokali

Ħabib tal-Kuntistabbli Simon Schembri fetaħ fond ta’ għajnuna f’żewġ banek lokali sabiex jgħinu. Fuq Facebook, il-ħabib tiegħu kiteb li t-triq tar-rijabilitazzjoni u ta’ fejqan tal-Pulizija Simon Schembri se tkun twila ferm…

Aktar