COVID-19
Malta bl-aktar rati baxxi ta’ każijiet pożittivi tal-COVID-19 fl-Ewropa

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne qal li b’aktar minn 400,000 swab test li saru,Malta għandha fost l-aktar rati baxxi fl-Ewropea ta’ każijiet pożittivi ta’ COVID-19.

Sa issa minn 401,904 swab tests li saru minn meta faqqgħet il-pandemija f’Malta nstabu 8,822 każijiet pożittivi f’Malta. Minn dawn, preżentament hawn 2,146 każ attiv.