Lokali
Malta bl-aqwa tkabbir ekonomiku fl-UE fis-sentejn li ġejjin

L-aħħar tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea jpoġġi lil Malta bl-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea fis-sentejn li ġejjin u bit-tielet l-inqas rata ta’ qgħad wara r-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja. Ir-rapport ibassar li l-Gvern se jibqa’ ikollu surplus fil-finanzi pubbliċi u tkabbir ekonomiku qawwi anke jekk b’pass aktar moderat meta mqabbel mal-aħħar ftit snin.

L-esperti ekonomiċi tal-Kummissjoni Ewropea qed ibassru li waqt li din is-sena l-ekonomija Maltija mistennija tikber b’ħamsa fil-mija (5%), fis-sentejn li ġejjin se tikber b’rata medja ta’ erbgħa fil-mija fis-sena, madwar tliet darbiet aktar mit-tkabbir medju fiż-żona ewro (Malta – 2020 – 4.2%; 2021 – 3.8%; Żona ewro – 2020 – 1.2%; 2021 – 1.2%).

It-tbassir ekonomiku tal-ħarifa tal-Kummissjoni Ewropea juri li l-ekonomija Ewropea daħlet f’perjodu twil ta’ tkabbir kajman iżda dik Maltija se tibqa’ l-aktar waħda b’rata għolja, anke jekk kemmxejn inqas mir-ritmu tal-aħħar ftit snin. Il-Kummissjoni tosserva li dan se jseħħ l-aktar minħabba li l-konsum privat u l-esportazzjoni se jimmoderaw.

Il-Kummissjoni tirrapporta li l-attività ekonomika f’Malta għadha fi kliemha vibranti filwaqt li sal-2021, is-suq tax-xogħol se jibqa’ b’saħħtu u b’rata ta’ qgħad fil-livell ta’ 3.5%, kważi nofs ir-rata fl-Unjoni Ewropea. Fis-sentejn li ġej, l-inflazzjoni mistennija tiżdied marġinalment waqt li l-Gvern mistenni jkompli ikollu surplus fil-finanzi pubbliċi ta’ madwar wieħed fil-mija tal-ġid nazzjonali.

Il-Gvern qal fi stqarrija li r-riżultati ekonomiċi li l-Kummissjoni Ewropea qed tbassar għal Malta jikkuntrastaw mal-kundizzjonijiet ekonomiċi lil hinn minn Malta, li mistennija jmorru għall-agħar. Fl-istqarrija ntqal li l-Gvern se jkompli jaħdem biex it-tkabbir rekord li qed jinkiseb ikompli fis-snin li ġejjin.

Aħbarijiet Oħra
Ippjanar u bini

Applikazzjoni kontroversjali għal żvilupp fuq sit ta’ villa storika tas-seklu tmintax fiż-Żejtun, ġiet irtirata mill-iżviluppatur. L-applikazzjoni kienet qed titlob li l-Awtorità tal-Ippjanar tibdel iż-żona fejn tinsab Villa Bonici minn waħda…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, saħaq li l-Istat Malti għandu jagħmel użu mill-mezzi u l-proċeduri kollha għad-dispożizzjoni tiegħu skont il-liġi, inkluż dawk ta’ natura eċċezzjonali biex jinqabad min ordna, iffinanzja, u…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ffirma ittra li permezz tagħha kkommetta ruħu li jirrakkomanda maħfra Presidenzjali ġaladarba suspettat li kien involuta fil-komplott tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, jikxef dak…

Kronaka

Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ kadavru ta’ mara li ttella’ mill-Bajja tal-Balluta. Kien għall-ħabta tas-7:10 ta’ dalgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li ntlemħet persuna bla ħajja f’wiċċ il-baħar f’din il-bajja….

Aktar