Skart
Malta bl-inqas rata ta’ riċiklaġġ ta’ plastik li jitqiegħdu fih il-prodotti

Malta kienet l-inqas pajjiż Ewropej li matul l-2019 irriċiklat il-plastik li fihom ikunu mgeżwrin il-prodotti.

Ċifri tal-Eurostat juru li pajjiżna rriċikla biss 11% meta l-medja fl-UE kienet ta’ 41%.

Disa’ pajjiżi rriċiklaw aktar min-nofs tal-imsemmi plastik bil-Litwanja tkun l-iktar waħda li tagħmel dan b’70% segwita mir-Repubblika Ċeka b’61% u l-Bulgarija b’59%.

Wara Malta l-pajjiżi li l-inqas irriċiklaw plastik li jintuża fit-tgeżwir tal-prodotti kienu Franza u l-Irlanda b’27% u 28% rispettivament.

L-istatistika turi wkoll li fl-2019 kull ċittadin tal-UE ġġenera 34.4 kilo ta’ dan l-isktar li minn 14.1 kilo kien riċiklat.

Bejn l-2009 u l-2019 il-plastik li jintuża biex jitgeżwru l-prodotti, iġġenerat minn kull ċittadin tal-UE, żdied b’24% kew 6/7 kilo waqt li r-rata ta’ riċiklaġġ żdiedet b’50% jew 4.7 kilo.