Lokali
Malta bl-ogħla tkabbir ekonomiku fiż-żona ewro

Bl-aħħar ċifri tat-tkabbir ekonomiku, il-Ministru tal-Ekonomija u l-Investiment, Chris Cardona, qal li dawn juru li l-ekonomija Maltija mhux biss sejra tajjeb iżda qed tiżboq l-aspettattivi, saħansitra t-tbassir li għamlet il-Kummissjoni Ewropea. Dr Cardona qal li bit-tkabbar ta’ 7.2%, Malta għandha l-ogħla rata ta’ tkabbir ekonomiku fiż-żona tal-Ewro.

Il-Ministru tal-Ekonomija u l-Investiment Chris Cardona qal li fis-sajf li għadda Malta kellha l-ikbar rata ta’ tkabbir ekonomiku li qatt ġie rreġistrat fit-tielet kwart tas-sena.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Cardona qal li Malta qiegħda tiżboq kull aspettativa u saħansitra qabżet b’1.6% l-previżjonijiet tal-Unjoni Ewropea b’żieda fil-Prodott Domestiku Gross ta’ 7.2%. Qal li dan kien l-ogħla tkabbir fiż-żona Ewro.

Dr Cardona qal li l-prospetti ekonomiċi huma tajbin u semma li l-aħħar stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea li sar ix-xahar l-ieħor reġa’ wera l-ogħla livell ta’ ottimiżmu kemm mill-familji u negozji Maltin.

Mistoqsi jekk kienx hemm xi settur li waqa’ lura, Dr Cardona qal li ma kien hemm l-ebda qasam li kiseb riżultati anqas milli kien previst.

“Il-konsum lokali li huwa indirizzat mill-Kummissjoni Ewropea bħala fattur ewlieni li kkontribwixxa għat-tkabbir ekonomiku, flimkien mal-interess li dan il-pajjiż jiġġenera bħala ġurisdizzjoni ta’ reputazzjoni qawwija, min-naħa l-oħra rajna wkoll tkabbir mhux dak li għandu x’jaqsam ma’ setturi finanzjari bħall-finanzjari u gaming imma setturi oħrajn bħall-amministrazzjoni, retail, il-kostruzzjoni,” fisser il-Ministru.

Dr Cardona qal is-settur finanzjarju kiber b’€47 miljun. Qal li l-manifattura żiedet is-sehem taghha fl-ekonomija bi 8.2%, li qal huwa ogħla mill-medja tal-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-qorti ordnat kumpens ta’ €463,465 għal tfajla li spiċċat fuq siġġu tar-roti wara inċident fil-Qawra. It-tfajla; Vladyslava Kravchenko, disa’ snin ilu kienet f’party ħdejn Fra Ben, meta l-apparat tad-dawl waqa’…

Lokali

Mara ta’ 68 sena sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret f’San Ġwann. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.15 fi Triq Birkirkara. Il-Pulizija marru fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’…

Lokali

Bil-festini tal-Milied jinsabu fl-aqwa tagħhom, għadd ta’ entitajiet ngħaqdu flimkien f’kampanja preventiva biex min se jixrob ma jsuqx għax fi kliemhom il-ħajja mhijiex logħba. Il-ħajja mhix logħba . . ….

Lokali

L-MUT u l-MCAST se jkomplu jitkellmu sabiex tinstab soluzzjoni Il-Union tal-Għalliema, l-MUT, issospendiet id-direttiva biex nhar il-Ġimgħa jsir strajk ta’ ġurnata mill-għalliema fl-MCAST minħabba nuqqas ta’ qbil dwar il-ftehim kollettiv…

Aktar