
Malta rreġistrat l-għola tkabbir ekonomiku ta’ 3.6% u l-għola żieda fl-impjiegi b’0.9% fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea fit-tielet kwart tas-sena, bejn Lulju u Settembru.
Dan ħareġ minn ċifri ppubblikati mill-Eurostat li juru wkoll kif fl-Unjoni Ewropea naqas ir-ritmu ekonomiku minn 2.1% fit-tieni kwart għal 1.8% fit-tielet kwart, filwaqt li f’Malta kien hemm żieda minn 6.2% għal 7.9%. Dwar l-impjiegi, iċ-ċifri tal-Eurostat juru li kien hemm żieda ta’ 1.2% fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li f’Malta ż-żieda kienet ta’ 4.9%.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva dawn ir-riżultati bħala konferma li Malta qed tkompli ttejjeb fuq it-tajjeb li diġà rreġistrat fl-aħħar snin, kif qal f’dan il-kumment li ta lil TVM.
Il-Pulizija qed jinvestigaw is-sejba ta’ kadavru ta’ mara li kienet ilha mejta 3 xhur. TVM huwa infurmat li l-mara hija Ingliża ta’ 69 sena li nstabet mgħottija bil-kutri fis-sodda fi stat…
Bħalissa f’Malta hawn madwar 7,000 persuna li qed tbati mid-dimenzja, din mistennija titla’ għal 13,000 sas-sena 2050. Fl-ewwel konferenza nazzjonali tad-dimenzja, ġiet diskussa din il-marda, kif tolqot lil ta’ madwarha,…
Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura l-ġnien fil-Foss tal-Belt Valletta li sar b’investiment ta’ €5 miljun. Il-ġnien, li se jkompli jagħti dehra xierqa lid-daħla tal-Belt wara li tlesta l-proġett tat-Tritoni mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni…
Skont il-Perit Carmel Cacopardo, ir-riżenja ta’ Arnold Cassola mill-Alternattiva Demokratika fuq l-abort hija biss skuża. Intervistat fuq il-programm ta’ Television Malta Ras imb ras, il-Perit Cacopardo qal li hu kien…