Lokali
Malta bl-ogħla żieda fir-rata tal-impjiegi fost il-pajjiżi tal-UE

Malta hija l-iktar pajjiż li ra żieda ta’ impjiegi bejn April u Ġunju meta mqabbel mal-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Ċifri tal-Eurostat juru li l-impjiegi f’Malta żdiedu b’1% fit-tieni tliet xhur tas-sena, bi Spanja bit-tieni l-għola rata ta’ 0.9%.  Fuq medda ta’ sena, ir-rata ta’ impjiegi ta’ Malta żdiedet b’4.7%, l-ikbar żieda minn fost il-pajjiżi tal-Unjoni.  Isegwi l-Portugall b’żieda ta’ 3.6%.

Il-Eurostat juri li ż-żieda tal-impjiegi fost il-pajjiżi taż-żona Ewro u tat-28 pajjiż membru hija ta’ 0.4% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

B’paragun mat-tliet xhur ta’ qabel, bejn April u Ġunju ż-żieda tal-impjiegi fiż-żona Ewro tammonta għal 1.6%, filwaqt li fil-pajjiżi kollha tal-UE r-rata hija ta’ 1,5%.

Il-Eurostat qed jgħid li dawn iċ-ċifri juru livelli rekord ta’ ċittadini Ewropej li sabu impjieg fil-perjodu mistħarreġ.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat tenna l-impenn tal-Gvern li matul din il-leġiżlatura jkun hemm il-konvenzjoni kostituzzjonali. F’laqgħa mal-Alternattiva Demokratika, Dr Muscat irrikonoxxa li fil-leġiżlatura li għaddiet il-Gvern…

Lokali

Il-Jum Internazzjonali tat-Tfal ġie ċċelebrat fost oħrajn fil-Ħamrun bi programm ta’ attivitajiet sportivi fil-Victor Tedesco Stadium. Itqajna’ ma wħud mill-istudentiu magħhom tkellimna dwar il-ħin għall-isport u l-attività fiżika. L-istudenti li…

Lokali

Il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal illi ħafna mir-rapporti tal-esperti li nġiebu biex jgħinu fl-investigazzjoni dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia jgħaddu għand il-Maġistrat inkwerenti . Il-Ministru Michael…

Aktar