Lokali
Malta bl-ogħla żieda fl-indiċi tal-prezzijiet tal-proprjetà f’tarf l-2019

Sa qabel bdiet l-imxija tal-coronavirus, anke s-suq tal-proprjetà f’Malta kienu għadu sejjer tajjeb għas-sidien tal-proprjetajiet.

L-Indiċi tal-prezzijiet tad-djar tal-Eurostat għall-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet, juru li Malta kellha l-ogħla żieda f’dan l-indiċi fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Il-Eurostat qal li meta imqabbel mat-tliet xhur ta’ qabel, il-prezzijiet tad-djar f’Malta żdiedu bit-3.5 fil-mija li kienet l-akbar żieda fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Skont l-istess statistika, il-prezzijiet tal-proprjetà fil-pajjiżi taż-żona ewro, is-sena li għaddiet żdiedu b’medja ta’ 4.2 fil-mija.