Ekonomija u Finanzi
Malta b’riskju baxx biex isir il-ħasil ta’ flus

L-Istitut Basel dwar il-Governanza ta marka tajba lil Malta fl-indiċi tiegħu meta kklassifika lil Malta fil-113-il post minn fost 125 pajjiż, b’riskju baxx ta’ ħasil tal-flus.

Ir-rapport dettaljat ta’ 39 paġna, tal-istitut Żviżeru huwa bħal żiffa friska fuq l-isforzi tal-awtoritajiet Maltin li qed jiddefendu r-reputazzjoni ta’ Malta fis-servizzi finanzjarji u ħareġ propju sigħat biss qabel mal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ħarġet il-pjan strateġiku tagħha għal tliet snin, li fi kliem il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità, Joseph Cuschieri jiddedika l-enerġija u riżorsi kbar lit-tisħiħ tas-superviżjoni tal-operaturi finanzjarji id f’id mal-FIAU.

Ara l-kumment ta’ Joseph Cushieri f’dan il-filmat:

Ara r-rapport hawn

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Bil-kliem “Grazzi” u qawsalla kbira fuq il-ġenb b’turija ta’ apprezzament għall-ħidma tal-frontliners fl-imxija tal-COVID-19, ajruplan tad-DHL Express wasal Malta għall-ħabta tad-disgħa ta’ dalgħodu minn Marsilja b’tagħmir mediku. Wara li aktar…

COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li persuna li ġiet irrappurtata bħala vittma tal-coronavirus, il-virus ma kienx il-kawża prinċipali tal-mewt tagħha. Huwa kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari li…

COVID-19

Anazjan ta’ 97 sena huwa s-seba’ vittma tal-Coronavirus f’Malta. Fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa, intqal li l-anzjan kien qed jingħata kura fl-Isptar Karin Grech u kellu sintomi relatati mal-Covid-19 fis-16 ta’…

Ambjent

Fi stħarriġ li sar fuq is-sit www.spazjimiftuha.org ħareġ li aktar minn 95% ddikjaraw li ma jaqblux jew ma jaqblux b’mod qawwi mar-restrizzjoni għall-aċċess fuq l-artijiet ikkontestati tal-Miżieb u l-Aħrax. Fi stqarrija,…

Aktar