Ekonomija u Finanzi
Malta b’surplus ta’ €251 miljun fl-2018 – it-tieni l-akbar fl-UE

Matul is-sena li għaddiet, Malta rreġistrat surplus ta’ kważi €251 miljun.

Statistika tal-Eurostat turi li dan l-ammont huwa t-tieni l-akbar surplus fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea wara l-Lussemburgu. Din hi t-tielet sena konsekuttiva li Malta rreġistrat surplus fil-finanzi pubbliċi.

Ċifri tal-Eurostat juru li Malta kienet fost tlettax-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea li spiċċaw is-sena li għaddiet b’aktar dħul milli infiq waqt li r-Rumanija u Ċipru kellhom l-agħar żbilanċ ta’ aktar minn 3% tal-prodott domestiku gross.

Is-surplus ta’ Malta wassal għal tnaqqis fid-dejn tant li ċ-ċifri juru li r-rata tad-dejn meta mqabbla mal-ġid li qed toħloq l-ekonomija Maltija hija ta’ 46%. L-inqas rati tkejlu fl-Estonja u l-Lussemburgu waqt li l-ogħla ġew reġistrati fil-Greċja u l-Italja.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ir-reklużjoni ta’ priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għadha meħtieġa? Fl-opinjoni tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fl-Università ta’ Malta, il-Professur Andrew Azzopardi, ir-reklużjoni għandha titneħħa għal kollox. Iżda f’għajnejn l-opinjonista Malcolm Seychell,…

Saħħa

Il-mediċina tradizzjonali Ċiniża bdiet eluf ta’ snin ilu, iżda għadha mfittxija sal-lum il-ġurnata, inkluż f’Malta. Eluf ta’ Maltin fl-aħħar snin fittxew it-trattamenti tradizzjonali Ċiniżi fiċ-ċentru mediku Ċiniż. Bl-iffirmar ta’ protokol…

Kronaka

Ir-residenti tal-blokk appartamenti f’Ħal Qormi, fejn seħħ in-nar dalgħodu, ingħataw is-serħan tal-moħħ li jistgħu jibqgħu jgħixu f’darhom. Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ikkonferma li wara li l-Awtorità tad-Djar ħadet…

Qorti

Wieħed minn persuni arrestati waqt party fir-Rabat fil-lejl ta’ Santa Marija l-ġimgħa l-oħra, baqa’ miżmum arrestat wara li ġie akkużat li kellu 66 qartas b’sustanza bajda allegatament droga. L-Ingliż, Ralph…

Aktar