Avjazzjoni
Malta b’żieda ta’ 18% fl-ivvjaġġar bl-ajru fl-2017

Ċifri tal-Eurostat ipoġġu lil Malta mal-pajjiżi li s-sena l-oħra kellhom l-akbar żieda perċentwali fil-passiġġieri tal-ajru. L-Istatistika turi li bħal medja ż-żieda fil-passiġieri tal-ajru fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, is-sena l-oħra kienet 7% aktar mill-2016. F’Malta ż-żieda perċentwali fil-passiġġieri tal-ajru kienet ta’ 18% u laħqet aktar minn sitt miljun passiġġier.

Miċ-ċifri tal-Eurostat joħroġ li s-sena l-oħra, it-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea kellhom żieda ta’ 71 miljun passiġġieri fuq is-sena ta’ qabel. Aktar minn 1034 biljun passiġġieri għaddew mill-ajruporti Ewropej matul l-2017. L-akbar moviment ta’ passiġġier kien fl-ajruporti Ingliżi minn fejn għaddew 265,000,000 passiġġier. Wara r-Renju Unit kien hemm il-Ġermanja 212-il miljun passigier u Spanja 210 miljun passiġġier. Fost dawn il-pajjiżi Spanja kellha l-akbar żieda fil-passiġġieri li laħqet it-8%.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Wara laqgħa li kellhom illejla s-sidien tal-pompi tal-petrol msieħba fil-GRTU, ftehmu li minn għada mhux se jħallu s-servizz tal-fuel bl-automatic. Dan ifisser li s-sevizz mill-pompi se jkun sas-sitta ta’ filgħaxija,…

Lokali

Fredrick Attard stqarr li m’għandux kliem biex jirringrazzja lid-donaturi tad-demm li bil-ġest tagħhom jistgħu jsalvaw lil ommu u lil oħtu li jeħtiġilhom trasfużjoni tad-demm bħala parti mill-kura kontra l-kanċer tas-sider…

Lokali

Iktar tard din il-ġimgħa, il-President Marie Louise Coleiro Preca se jkollha żjara statali fit-Turkija. Hi se tkun akkumpanjata minn delegazzjoni tan-negozju magħmulha minn 50 persuna. Delegazzjoni ta’ 50 persuna se…

Lokali

X Factor Malta jinsab ftit jiem biss ‘il bogħod mill-finali. Wara s-serata tal-bieraħ, fadal erba’ finalisti biex jintgħażel ir-rebbieħ ta’ X Factor Malta li fost oħrajn jirrapreżenta jew tirrapreżenta lil…

Aktar