Politika
Malta ‘champion’ tal-LGBTIQ fl-Ewropa – Politico

Il-ġurnal influwenti Politico ddeskriva lil Malta bħala ‘champion’ fil-qasam LGBTIQ meta kien qed jintervista lill-Ministru Helena Dalli, fl-isfond tal-kontroversja li qamet f’laqgħa riċenti waqt il-Presidenza tal-Awstrija.

Dan hekk kif l-Ungerija u l-Polonja ma ridux jaċċettaw ir-referenza għall-persuni LGBTIQ fost dawk li għandhom bżonn attenzjoni speċjali mill-Unjoni Ewropea, b’konsegwenza li kellu jinbidel il-kliem fid-dokument biex ikun jista’ jintlaħaq ftehim.

Il-ġurnal qal li Malta, li daħħlet id-divorzju biss fl-2011, illum għandha żwieġ għal kulħadd, kostituzzjoni li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, u l-għażla tat-tielet ġeneru għal dawk li ma jidentifikawx ruħhom bħala raġel jew mara.

Intqal kif il-fatt li l-pajjiż huwa konservattiv u Kattoliku ma waqqafx lill-Malta milli ddaħħal dan it-tibdil, bil-Ministru Dalli tirrimarka li matrul dawn l-isforzi kienet qed tiġi mxerrda ħafna miżinformazzjoni, fosthom li mhux ħa jibqa’ jiġi ċċelebrat Jum l-Omm.

Il-Ministru Dalli qalet li wara li jinbidlu l-liġijiet, “in-nies l-għada jqumu u jindunaw li s-sema ma waqgħetx fuqhom, u li l-ħajja ħa tkompli bħas-soltu.” Sostniet li għall-ewwel kien hemm reżistenza, iżda li finalment in-nies irrealizzaw li l-Gvern mhu se jeħdilhom xejn meta jagħti drittijiet lil ħaddieħor.

Hija appellat biex il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jaħdmu iktar f’dan il-qasam, filwaqt li rreferiet għal proposti ta’ Malta dwar strateġija għal-LGBTIQ mill-Kummisjoni Ewropea li jmiss.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida se jżomm mat-tradizzjoni u jsir fl-Epifanija fis-6 ta’ Jannar f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi l-Belt. Il-kunċert b’kollaborazzjoni ma’ Festival Malta u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se jsir b’risq…

Kronaka

L-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed jinvestigaw il-mewt ta’ priġunier Malti ta’ 26 sena li nstab mejjet. Television Malta jinsab infurmat li l-priġunier neħħa ħajtu. Iż-żagħżugħ kien daħal il-ħabs ilbieraħ,…

Lokali

Il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera ħabbar skema għal sajjieda biex jiġbru l-iskart tal-plastik li jinqabad fix-xbieki tagħhom minn qiegħ tal-baħar. Is-sajjieda ser jiġu kkumpensati għal plastik li jinġabar minnhom. Qal li…

Lokali

X Factor Malta qed isejjaħ għall-kontribut ta’ kompożituri u awturi li jixtiequ li l-kanzunetti tagħhom jiġu interpretati mill-kontestanti tal-programm. Il-kanzunetti li jiġu magħżula jiġu interpretati waqt il-‘live shows’ fil-fażi finali…

Aktar