Malta fis-sitt post bl-akbar ammont ta’ heavy metal bands

Malta, minkejja li pajjiż żgħir, għandu s-sitt l-akbar ammont ta’ heavy metal bands fl-Ewropa.

Għalkemm ilu magħruf li l-Iskandinavja hija l-kapitali tal-heavy metal tal-Ewropa isssa dan il-fatt għadu kemm ikkonfermah il-lingwist, matematiku u artist Ċek, Jakub Marian.

metal bands mapHuwa fassal l-Encyclopaedia Metallum biex għamel mappa tal-ammont ta’ bands li oriġinaw minn kull pajjiż.

Fl-ewwel post il-Finlandja, b’630 band, wara l-Iżvezja b’b’428 band u fit-tielet post in-Norveġja b’299 band.

Malta tinsab minn ta’ quddiem f’din il-klassifika fis-sitt post b’137 band, ħafna aktar mill-Italja, Franza, Spanja u anki r-Renju Unit.

L-ammont ta’ heavy bands fl-Istati Uniti huwa ta’ 72 u għaldaqstant, f’Malta hawn aktar heavy metal bands minn kemm hemm fl-Istati Uniti wkoll!