Lokali
Malta fit-tieni post fix-xiri online fost il-pajjiżi tal-UE

Skont iċ-Ċentru Ewropew għall-affarijiet tal-Konsumatur, ras għal ras il-Maltin huma l-aktar wara l-Lussemburgizi fix-xiri online fl-Unjoni Ewropea. Dan huwa wkoll rifless fin-numru ta’ lmenti li jirċievi ċ-ċentru fuq ix-xiri online. Dan intqal waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha tħabbru sessjonijiet ta’ informazzjoni bla ħlas għall-pubbliku dwar ix-xiri online u kif wiehed jista’ jiżgura ruħu li ma jingidimx meta jixtri fuq l-internet.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Affarijiet tal-Konsumatur, jitratta l-ilmenti ta’ Maltin u Għawdxin li jixtru prodotti jew servizzi minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Dr Phyllis Bezzina, direttur f’dan li ċ-ċentru qalet li ċ-ċentru jkollu mas-sitt mitt ilment fis-sena li tmenin fil-mija minnhom huma dwar xiri li jsir online. Dr Bezzina qalet li ċ-ċentru jassisti jassisti lill-konsumaturi biex isibu rimedju.

Dr Phyllis Bezzina qalet li “nidħlu u nagħmlu medjazzjoni biex naslu għal soluzzjoni amikavoli imma dwar infurzar tidħol l-MCCAA li tinforza liġijiet kontra kummerċjanti li jagħmlu ksur fis-suq partikolari”.

Mark Spiteri mill-Awtorità tal-Komunikazzjoni qal li stħarriġ li sar mill-Awtorità wera li 26% tan-nies ma jixtrux online għax iħossu li l-prodott jasal differenti minn dak ordnat filwaqt li 24% oħra għax ma jafux kif.

Qal li għal dan il-għan flimkien mal-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur se jsiru sessjonijiet ta’ informazzjoni bla ħlas dwar xiri online. Odette Vella mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni u l-Konsumatur qalet li ma jkollux wisq ilmenti dwar xiri online minn Malta stess minħabba li l-maġġoranza tal-Maltin li jixtru online jagħmlu dan minn pajjiżi barrannin.

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri u Deo Debattista qalu li dawn is-sessjonijiet bla ħlas f’Malta u Għawdex qed isiru fi żmien meta qed jidher b’mod ċar li x-xiri online se jkompli jiżdied. Aktar informazzjonijiet fuq is-sessjonijiet ta’ informazzjoni jinkisbu mis-sit tal-Awtorità tal-Komunikazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 32 sena kien ikkundannat sentenza sospiża wara li nstab ħati li kien qed jisraq id-dawl minn substation tal-kumpanija GO f’Wied Rini, il-Baħrija. Il-Qorti semgħet kif l-akkużat, Edward Dominic…

Kurżitajiet

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum jagħlaq 45 sena.  Jidher li għal Dr Muscat kienet ġurnata normali ta’ xogħol, iżda li matulha xorta ċċelebra għeluq sninu. Ritratt li ttella’ mid-Deputat Prim…

Mużika

Ersaq fil-Qrib hija s-single il-ġdida tal-grupp Malti stabbilit The Travellers, b’filmat mużikali li juri familja tipprova tgħix minn jum għall-ieħor filwaqt li madwarha għaddej kunflitt. B’lirika tipikament bil-Malti, din id-diska…

Aktar