Statistika
Malta fost 4 pajjiżi fl-UE li fl-2019 żiedet l-emissjonijiet mill-ħruq tal-fjuwils

Malta kienet waħda minn erba’ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li skont stimi provisorji s-sena li għaddiet żiedet l-emissjonijiet mill-ħruq tal-fjuwils. Ċifri tal-Eurostat juru li l-emissjonijiet tas-CO2, s-sena li għaddiet f’Malta żdiedu bi 2%.

Bħala medja, l-emissjonijiet fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fl-2019, naqsu b’4.3 %. Il-Lussemburgu u l-Awstrija biss kellhom żieda fl-emissjonijiet li kienet akbar minn ta’ Malta.

Il-Eurostat spjega li l-emissjonijiet fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea jiddependu minn bosta fatturi fosthom il-klima, il-livell ta’ attività ekonomika u ż-żieda fil-popolazzjoni fost oħrajn.