Lokali
Il-Maltin fost l-iktar nies kuntenti fid-dinja

Malta kompliet tavvanza fl-indiċi annwali tal-aktar pajjiżi kuntenti fid-dinja u issa telgħet fit-22 post minn fost 156 pajjiż. Is-sena li għaddiet kienet fis-27 post u s-sena ta’ qabel fit-30 post.

Minkejja l-klima pjuttost ħarxa u x-xitwa twila u mudlama, l-istħarriġ annwali minn grupp affiljat man-Nazzjonijiet Magħquda, sab li l-Finlandiżi huma l-aktar kuntenti fid-dinja waqt li n-nies li jgħixu fil-Burundi huma l-inqas kuntent

F’temp ta’ ħames snin kemm ilu jinħareġ l-indiċi tal-kuntentizza min-network għall-iżvilupp sostenibbli affiljat man-Nazzjonijiet Magħquda, Malta rnexxilha tingħaqad mal-aktar 20 pajjiż li għamlu progress tant li mit-48 post fl-2013, Malta issa telgħet fit-22 pożizzjoni u qabżet pajjiżi bħal Franza (23), Spanja (36), l-Italja (47), u s-Slovenja (51) fost l-oħrajn. (2013 – 48; 2015 – 37, 2016 – 30; 2017 – 27; 2018 – 22)

L-istħarriġ hu bbażat fuq sitt indikaturi: il-ġid ekonomiku ras għal ras, l-appoġġ soċjali, l-istennija tat-tul tal-ħajja, il-libertà, l-ġenerożità u l-korruzzjoni. Malta marret l-aktar tajjeb fl-appoġġ soċjali.

Minkejja t-temperaturi baxxi u n-nuqqas ta’ xemx, l-iktar persuni kuntenti fid-dinja jgħixu l-Iskandinavja u x’aktarx li kull min iħobb l-iskiing, is-saunas u Santa Klaws ma jkunx sorpriż jisma li l-Finlandja hu l-aktar pajjiż fejn tgħix kuntent.

“I’ve joked with the other Americans that we are living the American dream here in Finland. I think everything in this society is set up for people to be successful, starting with university and transportation that works really well,” tgħid Brianna Owens, għalliema Amerikana fil-Finlandja.

Is-sena li għaddiet kienu n-Norveġiżi fil-quċċata u s-sena ta’ qabel id-Daniżi. Minbarra l-pajjiżi Skandinavi, mal-ewwel għaxar pajjiżi hemm l-Iżvizzera (5), l-Olanda (6), il-Kanada (7), New Zealand (9) u l-Awstralja (10).

Il-President Amerikan Donald Trump ma jidhirx li rnexxielu jagħmel ‘America happier again’, għax pajjiżu niżel erba’ pożizzjonijiet għat-18-il post. “The signs are not good for the U.S., richer and richer but not getting happier,” jgħid Prof. Jeffrey Sach, Kap tal-grupp responsabbli mill-indiċi tal-kuntentizza.

L-aħħar tliet pajjiżi fl-indiċi kollha qed jaffaċċjaw sfidi ta’ kunflitt u instabbiltà – Burundi (156), ir-Repubblika Ċentrali tal-Afrika (155) u s-Sudan t’Isfel (154).

Għall-ewwel darba, l-istħarriġ evalwa l-kuntentizza tal-barranin li jgħixu f’117-il pajjiż. Anke hawn il-Finlandja kklassifikat fl-ewwel post waqt li Malta ġiet fit-23 pożizzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Wara d-dehra mill-isbaħ li ħadet il-funtana ta’ Tritoni bis-saħħa tar-restawr, persuni li fl-aħħar jiem ittawlu fil-funtana kienu ddiżappuntati meta nnutaw li l-qiegħ kien qed jittebba’ xi ftit. It-tebgħat jidhru donnhom…

Kultura

Il-kantanta Taljana Francesca Alotta tinsab Malta biex għada tkanta flimkien mal-istudenti tal-iskola Mater Boni Consilii Saint Joseph, Raħal Ġdid, f’kunċert b’risq l-Istrina. F’intervista ma’ TVM, Francesca Alotta tkellmet fuq esperjenzi…

Qorti

Żewg Egizzjani li kienu fi triqithom lejn pajjizhom bil-flus li tawhom kollegi taghhom biex jghadduhom lill-familji, spiċċaw fil-għali. Huma ġew akkużati li kienu qed iġorru flus iktar milli tippermetti l-liġi….

Kisbiet

Għandha 93 sena, u kienet fost l-ewwel nisa li servew bħala deputati fil-Parlament. Ann Agius Ferrante, li kienet bint l-ex avukat ġenerali Philip Pullicino, tirrakkonta mumenti ħelwin kemm mal-ex Prim…

Aktar