Lokali
Malta fost l-aqwa fl-Ewropa fil-qasam tas-saħħa

Il-Maltin ma jħossux li għandhom xi limitazzjonijiet fuq il-ħajja tagħhom ta’ kuljum minħabba l-istat tas-saħħa tagħhom.

Skont studju li ġie ppubblikat mill-Eurostat 24.1% tal-persuni fl-Unjoni Ewropea minn 16-il sena ’l fuq għandhom problemi jagħmlu l-attivitajiet ta’ kuljum minħabba problemi tas-saħħa.

Fost il-pajjiżi Ewropej kollha, Malta u l-Iżvezja huma l-pajjiżi fejn persuni ma jħossux li għandhom limitazzjonijiet. Min-naħa l-oħra, il-Latvja u l-Awstrija huma l-aktar pajjiżi fejn persuni jħossu li għandhom limitazzjonijiet fil-ħajja ta’ kuljum marbuta mal-kundizzjoni tas-saħħa tagħhom.

F’pajjiżna, kienu biss 3.5% li jħossu li għandhom limitazzjoni severa, filwaqt li 87.1% iħossu li m’għandhom l-ebda tip ta’ limitazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 32 sena kien ikkundannat sentenza sospiża wara li nstab ħati li kien qed jisraq id-dawl minn substation tal-kumpanija GO f’Wied Rini, il-Baħrija. Il-Qorti semgħet kif l-akkużat, Edward Dominic…

Kurżitajiet

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum jagħlaq 45 sena.  Jidher li għal Dr Muscat kienet ġurnata normali ta’ xogħol, iżda li matulha xorta ċċelebra għeluq sninu. Ritratt li ttella’ mid-Deputat Prim…

Mużika

Ersaq fil-Qrib hija s-single il-ġdida tal-grupp Malti stabbilit The Travellers, b’filmat mużikali li juri familja tipprova tgħix minn jum għall-ieħor filwaqt li madwarha għaddej kunflitt. B’lirika tipikament bil-Malti, din id-diska…

Aktar