Kurżitajiet
Malta fost l-aqwa pajjiżi li għandek iżżur fir-rebbiegħa – is-CNN

Skont is-CNN, Malta hija fost l-aqwa pajjiżi minn madwar id-dinja kollha li għandek iżżur waqt ir-rebbiegħa.

L-artiklu jgħid li wieħed jista’ jgawdi lil Malta aħjar fir-rebbiegħa b’temperaturi sħan u l-biċċa l-kbira tal-ġranet ikunu xemxin qabel ma tibda l-qilla tas-sajf.

Skont is-sit, dak kollu li jġib miegħu r-Randan u l-Għid f’pajjiżna mhux ta’ min jitilfu – mill-ikel tradizzjonali bħall-figolli u l-ħaruf sal-purċissjonijiet tradizzjonali u l-festa tal-Irxoxt.

Fil-lista, Malta ġiet ikklassifikata fid-9 post minn 19 bħala fost l-aqwa destinazzjonijiet għal btajjel rilassanti matul ir-rebbiegħa.

Aqra l-artiklu sħiħ hawn:
https://edition.cnn.com/travel/article/spring-travel-19-places/index.html

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Mara li sofriet minn ġrieħi serji f’moħħha wara li kienet involuta f’inċident ikrah tat-traffiku fl-Emirati Għarab Magħquda qamet minn koma li kienet fiha għal kważi 3 diċenji. Munira Abdulla kienet…

Qorti

Kompliet llum fil-Qorti il-kumpilazzjoni fil-qtil ta’ Maria-Lourdes u Angele Bonnici li allegatament inqatlu mill-iben/ħu l-vittmi – Joseph Bonnici. Fil-Qorti ta x-xhieda tiegħu l-missier tal-familja Bonnici, Paul li qed jiskonta sentenza…

Lokali

Fuq il-paġna tiegħu, Bjorn Formosa, is-simbolu Malti li jirrappreżenta l-pazjenti li jbatu mill-ALS, qal li ddaħħal b’urġenza l-isptar. Jidher li Bjorn ma kienx qed jieħu nifs sew iżda minkejja dan…

Knisja Maltija

Nhar is-Sibt li ġej 4 djakni djoċesani se jiġu ordnati saċerdoti.  L-ordinazzjoni presbiterali se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt fid-9.30am. L-4 saċerdoti ġodda huma Peter Ellul mill-Parroċċa ta’ San Pawl…

Aktar