COVID-19
Malta għalissa mhux se tagħti l-vaċċin tal-Johnson & Johnson

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci kkonfermat li Malta għalissa mhux se tagħti t-tilqima Janssen tal-Johnson & Johnson.

Hija ħabbret dan waqt li kienet qed tiġi intervistata mill-ġurnal The Times of Malta.

Il-Professur Gauci qalet li Malta qed timxi mal-parir tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini.

L-UE u l-Istati Uniti ddeċidew li jwaqqfu l-għoti ta’ dan il-vaċċin wara li rriżultaw sitt każijiet ta’ ‘blood clots’ minn 6.8 miljun doża li ngħataw.

Dwar dak tal-Astra Zeneca l-Professur Gauci qalet li dan se jibqa’ jingħata.

Hija żiedet li Malta mhux se timxi kif għamlet il-Ġermanja li qed toffri lil dawk li ħadu l-ewwel tilqima tal-Astra Zeneca l-possibilità li t-tieni doża jeħduha ta’ kumpanija oħra.