Malta bis-sitt l-anqas rata ta’ qgħad fl-UE

Malta żammet postha mal-pajjiżi bl-anqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea, għalkemm fl-aħħar sena kien hemm żieda marġinali fl-għadd ta’ persuni jfittxu x-xogħol.

Ċifri ppubblikati llum mill-Eurostat juru li f’Marzu r-rata medja tal-persuni jfittxu x-xogħol fit-28 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea kienet ta’ 10.5 fil-mija, ekwivalenti għal 25 miljun u 700,000 persuna jfittxu x-xogħol.

Il-pajjiż bl-anqas rata ta’ qgħad baqa’ l-Awstrija b’4.9 fil-mija. Warajh il-Ġermanja u l-Lussemburgu. B’6.8 fil-mija, Malta għandha s-sitt l-anqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea.

Skont il-Eurostat f’Malta hawn 13,000 persuna jfittxu xogħol.

Ir-rata tal-qgħad f’Marzu kienet 0.4 fil-mija aktar minn Marzu tas-sena li għaddiet u 0.1 fil-mija anqas mix-xahar ta’ qabel.

Il-Greċja u Spanja żammew rata għolja ta’ qgħad, b’aktar minn kwart ta’ dawk li jistgħu jaħdmu mingħajr impjieg.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Wasteserv bdiet il-proċess biex tkabbar il-faċilitajiet tagħha fil-Magħtab. Madwar għoxrin bidwi fl-inħawi li bejniethom għandhom madwar 250,000 metru kwadru ta’ raba’ ġew infurmati li l-Wasteserv qed tikkunsidra li tespropja din…

Kronaka

Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat wara li allegatament saq fuq uffiċjal tal-pulizija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17:30 fl-akkwati ta’ Buġibba u ġie arrestat ftit tal-ħin wara fil-Mellieħa. Aktar dettalji fil-ħin…

Lokali

Il-kumpanija Steward Health Care Malta ppreżentat lill-Awtorita tal-Ippjanar applikazzjoni ta’ żvilupp għall-Isptar San Luqa biex fi kliemha jerġa’ jingħata l-ħajja bħala sptar modern li jinkludi aċċessibiltà aħjar għall-ispazji miftuħin u…

Għawdex

Għadha attiva ħafna fuq l-aġenda tal-gvern l-idea li Malta jkollha sistema ta’ metro, tant li l-Ministru Ian Borg ikkonferma ma’ TVM li l-istudju dwar dan jinsab fl-aħħar fażi tiegħu u…

Aktar