Politika
Malta għandha vantaġġ kompetittiv li tiddeċiedi r-rata ta’ taxxa tagħha – il-PN

II-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Peter Agius, qal li Malta għandha vantaġġ kompetittiv li tiddeċiedi r-rata ta’ taxxa tagħha. Dr Agius qal li b’dak li qed jgħid Frans Timmermans li jrid rata ta’ taxxa ta’ 18% għall-Ewropa kollha jhedded l-impjieg ta’ 27,000 ruħ fl-industrija tal-gaming u s-servizzi finanzjarji.

Dwar li t-taxxa għadha kompitenza nazzjonali, Dr Agius qal li sa qabel is-sebgħinjiet u d-disgħinjiet, anke l-ambjent u l-immigrazzjoni kienu kompetenza nazzjonali u ma baqgħux u saru kompetenza Ewropea.

Il-Kandidat Nazzjonalista Frank Psaila qal li fuq naħa hemm il-Partit Nazzjonalista li qed jagħmel proposti biex jibqa’ jinħoloq ix-xogħol, u fuq naħa oħra hemm il-Partit Laburista li skont Dr Psaila jrid li r-rata tat-taxxa tkun stabbilita mill-Unjoni Ewropea u b’hekk joħloq diżastru fil-qasam tax-xogħol.

Mistoqsi fuq il-billboard tal-Partit Nazzjonalista dwar il-kanċer, Dr Psaila qal li l-Ewropa kollha trid tiġġieled din il-marda flimkien, kif qed ikun propost fil-manifest elettorali tal-Partit Popolari Ewropew.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

It-tifkira ta’ Lassana Cisse Souleymane, li kienet tpoġġiet fil-post fejn inqatel ġiet ivvandalizzata. Huwa kien inqatel kiesaħ u biered fit-triq li tagħti bejn Ħal Far u Birżebbuġa nhar is-6 t’April. B’rabta…

Lokali

Heritage Malta, flimkien mas-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali Malti u l-Università ta’ Macquarie, f’Sydney l-Awstralja, qed iħabbru l-bidu ta’ proġett internazzjonali u interdixxiplinarju li jinvolvi l-istudju tal-kranji umani li nstabu ġewwa l-Ipoġew…

Qorti

Ir-raġel suspettat bl-omiċidju ta’ Charlene Farrugia mistenni jitressaq il-Qorti llum. TVM jinsab infurmat li huwa se jitressaq b’rabta mal-hold up li seħħ ftit tal-jiem ilu f’ħanut fil-Gżira. Dwar l-akkużi b’rabta…

Aktar