COVID-19
Malta huwa wieħed mill-iktar pajjiżi li qed jagħmel testijiet għall-Covid-19

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li Malta huwa wieħed mill-iktar pajjiżi fid-dinja li qed jagħmel testijiet għall-Covid-19, meta mqabbel mal-popolazzjoni.

Huwa qal dan f’konferenza stampa dalgħodu, fejn ħabbar każ ġdid ta’ fejqan, u ta aġġornament dwar is-sodod li l-isptarijiet għandhom imħejjija għal kull eventwalità.

Dwar il-laboratorji, qal li l-Gvern ħareġ sejħa għal Lab scientists biex ikun jiflaħ iżid l-ammont ta’ testijiet għall-Covid-19, f’każ li jinqala’ dan il-bżonn.

Segwi hawn il-konferenza sħiħa:

Il-konferenza għal dawk neqsin mis-smigħ tista’ tiġi segwita hawn:

LIVE | Konferenza tal-aħbarijiet minn Mater Dei fuq il-preparamenti li għaddejien dwar Covid-19

LIVE | Konferenza tal-aħbarijiet minn Mater Dei fuq il-preparamenti li għaddejien dwar Covid-19

Gepostet von MaltaGov am Sonntag, 15. März 2020

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

80 ħaddiem barrani li nstabu joqogħdu f’lukanda f’Tas-Sliema li suppost hi magħluqa b’avviż ta’ infurzar ġew ordnati mill-Awtorità tat-Turiżmu biex imorru joqogħdu f’post ieħor. Television Malta jinsab infurmat li dawn…

Lokali

Diversi ħaddiema fis-settur tas-saħħa kellhom jieħdu d-deċiżjoni diffiċli biex waqt li jservu fl-isptar fost pazjenti bil-Coronavirus, jinfirdu mill-għeżież tagħhom u jmorru joqgħodu band’ oħra. F’din is-sitwazzjoni, il-fergha taż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika…

COVID-19

Minn Malta, indawru ħarsitna madwar id-dinja. Nibdew bi Spanja, fejn il-morsa tal-COVID-19 kompliet tissikka bl-ogħla għadd ta’ imwiet f’ġurnata. Rekord ta’ mwiet f’jum wieħed fi Spanja. Fl-aħħar 24 siegħa, mietu…

COVID-19

Koki li jaħdmu f’diversi ristoranti li jinsabu magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet li saru, ma spiċċawx b’idejhom fuq żaqqhom għax xammru l-kmien u b’mod volontarju qed iħejju ikliet bnini għal ħaddiema fost…

Aktar