Lokali
Malta identifikata mill-Eurostat bħala l-pajjiż Ewropew bl-akbar żieda fl-għadd ta’ infermiera li qed jilħqu

Il-Eurostat identifika lil Malta bħala l-pajjiż Ewropew bl-ikbar żieda fin-numru ta’ infermiera li qed jilħqu. Dan qalitu Dr Roberta Sammut, id-Dekan tal-Fakultà tax-Xjenza Medika fl-Università ta’ Malta, waqt riċeviment ta’ awgurju mal-infermiera l-ġodda li sar ilbieraħ ġewwa l-Ministeru għas-Saħħa.

B’kollox, mill-2009 sa din is-sena se jkunu laħqu 1,175 infermier ġdid f’pajjiżna.

Din is-sena diġà lestew il-kors tal-infermiera u l-qwiebel 157 student, filwaqt li 22 oħra baqgħalhom xi eżamijiet sal-aħħar ta’ dan ix-xahar. B’hekk, b’kollox se jkunu qed jiggradwaw 179 infermiera ġodda din is-sena, u dan huwa wieħed mill-akbar numri ta’ gradwati fl-infermerija f’dawn l-aħħar għaxar snin.

Fid-diskors tiegħu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne irringrazzja lill-infermiera għar-rwol tagħhom fil-qasam tas-saħħa għall-ġid tal-pazjent. Huwa qal li ż-żieda fl-infermiera tawgura tajjeb għas-settur tas-saħħa.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Ir-raġel ta’ 29 sena mill-Georgia li lbieraħ ġie arrestat wara s-sejba ta’ madwar kilo kannabis, tressaq il-Qorti u ġie mixli b’akkużi ta’ pussess, importazzjoni u traffikar ta’ droga kannabis Il-Pulizija…

Kronaka

Żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Melieħa weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq ċint. L-inċident seħħ għall-ħabt tas-2pm fi Pjazza Ġużè Debono, l-Imsida. Fuq il-post issejjaħ tim mediku, li taw l-ewwel għajnuna….

Lokali

Għoxrin ġurnata għall-Milied u fil-kuntest tas-sitwazzjoni preżenti, il-GRTU qalet li l-inċertezza u l-instabilita’ qed joqtlu n-negozji f’Malta. Stħarriġ li l-GRTU qalet li għamlet ma’ aktar minn ħamsin settur ekonomiku madwar…

Lokali

Il-President ta’ Malta George Vella qal li fid-dawl tat-talbiet li qegħdin isiru biex jieħu xi miżuri li skont xi wħud, tipprovdilu l-Kostituzzjoni, biex tissolva s-sitwazzjoni politika ta’ bħalissa, il-Kostituzzjoni ma…

Aktar