Kompetizzjoni tal-pjanu fit-tieni edizzjoni tal-Malta International Music Festival

Bħalissa qed isir il-Malta International Music Festival li se jibqa’ għaddej sal-11 ta’ Mejju. Din hija t-tieni edizzjoni ta’ dan il-festival li matulu jkun hawn f’Malta numru ta’ mużiċisti li jagħtu Master classes f’diversi skejjel u teatri.

Dawn il-mużiċisti li diġa kienu Malta sena ilu huma Prof. Arkady Zenziper, Prof. Yuri Didenko u magħhom din is-sena se jingħaqdu Dmitri Teterin, Prof. Ming Yang, Prof. Leonel Morales u Giuliano Mazzoccante (pjanu), Hayrapet Akakelyan (saxophone), Prof. Alexander Zagorinsky (cello), Dora Schwarzberg (vjolin), u Verena Rein (lirika).

L-attrazzjoni prinċipali f’dan it-tieni Malta lnternational Music Festval hija l-kompetizzjoni tal-pjanu skedata mis-7 sal-11 ta’ Mejju, b’total tal-premijiet bil-valur ta’ €14,350. Dawn se jitqassmu kif ġej:

Minn 18 sa 35-il sena : l-ewwel premju ta’ €7,000. It-tieni €3,000, it-tielet premju ta’ €1,500.

Minn 13 sa 17-il sena : l-ewwel premju €1,000, it-tieni €600 u it-tielet €300.

Minn 12 -il sena ‘l isfel : l-ewwel premju – €500; it-tieni premju – €300; it-tielet premju – €150.

Premju speċjali se jmur għall-aħjar partiċipant Malti ta’ kull kategorija. Jsegwi kunċerti tal-participanti u l-artisti f’postijiet f’Malta u Għawdex.

L-għeluq ta’ dan il-festival se jkun kunċert Gala fis-6 ta’ Mejju b’ċerimonja tal-Kompetizzjonijet tal-pjanu fit-teatru Manoel.

Dawk il-Maltin li se jieħdu sehem fil-Festival se jkunu jistgħu japplikaw għall-scholarship.

Il-Malta International Music Festival jattira studenti u parteċipanti minn madwar id-dinja.

 

Ir-ritratt (fuq) juri wħud mill-mużiċisti barranin li qed jieħdu sehem f’dan il-festival: Giuliano Mazzoccante, Verena Rein, Dora Schwarzberg u Graf Murzha.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli rriżenjat minn Membru Parlamentari. Hija ħabbret dan fuq il-midja soċjali, fejn qalet li bid-deċiżjoni tagħha infurmat lill-Ispeaker tal-Kamra. “Il-politika għandha tintuża biss biex jitkattar il-ġid komuni….

Edukazzjoni

In-nuqqas ta’ ilma f’żewġ skejjel tal-gvern f’Raħal Ġdid wasal biex il-union tal-għalliema, l-MUT ħarġet direttiva lill-edukaturi kollha fiż-żewġ skejjel primarji ta’ Raħal Ġdid biex minn għada ma jirrapurtawx għax-xogħol fiż-żewg…

Politika

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem appellat lill-Prim Ministru Robert Abela biex jintervjeni ħalli jiżgura li l-kumpaniji lokali kollha fl-industrija tal-films ma jkunux diskriminati u żvantaġġjati. L-Assoċjazzjoni għamlet dan l-appell wara li…

Trasport

F’kummenti ma’ Television Malta l-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li wasal iż-żmien li ssir diskussjoni dwar trasport sostenibli fil-Belt Valletta. Dr Borg qal li fid-dawl taż-żieda fl-attività ekonomika, kulturali u…

Aktar