Politika
“Malta jixirqilha aħjar” – Il-President George Vella

Il-President ta’ Malta George Vella appella biex kulħadd iqis bis-serjetà fejn jista’ jwassal għemilu.

F’messaġġ lin-nazzjon li xxandar illejla, il-President Vella qal li ddiskuta ma’ ħafna nies il-gravità tas-sitwazzjoni preżenti. Qal li dan it-tħassib twassallu b’mod qawwi u b’enfasi partikolari mill-imsieħba soċjali fi ħdan l-MCESD li kellu laqgħa magħhom illum stess.

Fil-messaġġ tiegħu l-President Vella reġa’ appella għall-kalma u biex kulħadd ikun konxju tar-responsabbiltajiet li jġorr. Żied jappella biex f’ambjent iktar kalm u ‘l bogħod minn reazzjonijiet spontanji, nagħrblu ċ-ċirkostanzi li għaddej minnhom il-pajjiż u ningħaqdu flimkien biex bla ma nħarsu lejn wiċċ ħadd, naraw li nħallu l-istituzzjonijiet jagħmlu xogħlhom u li sseħħ il-ġustizzja.

Dr Vella qal li dan biss jista’ jibda t-triq lura lejn in-normalità, qabel ma l-ħsara li qed issir lill-pajjiż f’tant oqsma, inkluż dawk internazzjonali, issir waħda irreparabbli. Temm jgħid li Malta jixraqilha aħjar.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Tim ta’ ħmistax-il professjonist Malti f’Londra jinsabu qrib li f’isem Puttinu Cares jixtru proprjetà fiċ-ċentru ta’ Londra b’għoxrin appartament għall-pazjenti Maltin li jitilgħu għall-kura fl-isptarijiet ta’ Londra. Il-Perit Mark Borg…

Lokali

Bis-sħana tkompli tikkarga u b’aktar nies ifittxu x-xtut u l-bajjiet, l-iskart f’dawn il-postijiet jiżdied ġmielu anke jekk l-uffiċjali mill-Ministeru għall-Ambjent qed jinnutaw titjib meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Minkejja li…

Lokali

Surġent u sitt kuntistabbli tal-pulizija li kienu jaħdmu fit-taqsima tat-traffiku tal-korp illum tressqu l-Qorti b’akkużi ta’ frodi u dikjarazzjonijiet foloz b’rabta mal-extra duties għall-kontroll tat-traffiku li kienu miftehma jagħmlu fuq…

Lokali

Il-binja l-ġdida fil-kumpless il-ġdid ta’ San Vinċenz De Paule, bdiet tilqa’ l-ewwel anzjani fis-swali ġodda fjamanati li huma mgħammra bħas-swali ta’ sptar. It-trasferiment tal-pazjenti qiegħed isir f’fażijiet, bil-biċċa l-kbira tal-anzjani…

Aktar