Lokali
Malta kklassifikat fil-ħamsin post fl-indiċi dwar il-perċezzjoni tal-korruzzjoni

Malta kklassifikat fil-ħamsin post fl-indiċi dwar il-perċezzjoni tal-korruzzjoni li ssir kull sena minn Transparency International li tistħarreġ dwar ix-xejriet tal-korruzzjoni f’180 pajjiż. L-Organizżazzjoni mhux governattiva qalet li madwar id-dinja l-għajta kontra l-korruzzjoni qed tissaħħaħ u kklassifikat lid-Danimarka u New Zealand bl-anqas perċessjoni ta’ korruzzjoni biż-żewġ pajjiżi jġibu 87 punt minn mija.

L-organizzazzjoni qalet li mill-istħarriġ tagħha, Malta kisbet 54 punt minn mija l-istess punteġġ li kellha fl-indiċi tas-sena l-oħra. Malta tilfet sitt punti fl-aħħar erba’ snin, għalkemm fil-klassifika ġenerali ġiet fil-ħamsin post, ħarira aħjar mis-sena l-oħra meta kienet klassifikat fil-51 post.

Transparency International qalet li r-reġjun tal-Ewropa huwa l-aħjar li mar f’dik li hija perċezzjoni tal-korruzzjoni fost ir-reġjuni kollha tad-dinja. Pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea li kklassifikaw agħar minn Malta huma l-Italja li ġiet fil-51 post, is-Slovakja, il-Greċja, l-Ungerija, ir-Rumanija u l-Bulgarija.

Ir-rapport Transparency International ibbażata fost oħrajn fuq rapporti fil-midja ssemmi fost oħrajn il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, il-każ tal-Panama Papers u l-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment bħal fatturi li wasslu biex Malta naqset il-punteġġi tagħha u li żiedu l-perċezzjoni tal-korruzzjoni. Ir-rapport jikkummenta fuq dak li sejjaħ nuqqas ta’ integrità politika u l-evazzjoni tat-taxxa b’kumpaniji sigrieti.

Fil-kuntest Ewropew ir-rapport kien iebes ukoll fil-konfront ta’ pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea fosthom l-Ungerija, il-Polonja u r-Rumanija minħabba li imminaw l-indipendneza tal-ġudikatura biex ma jiġux proċessati każi ta’ korruzzjoni fl-ogħla livell u anke r-Repubblika Ċeka minħabba skandlu li jinvolvi l-Prim Ministru tal-pajjiż li abbuża minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Ir-rapport jinoota wkoll titjib sinifikanti fl-Italja u fil-Greċja li għamlu liġijiet kontra l-korruzzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Il-Knisja f’Malta llum tiċċelebra l-festa tal-Beata Maria Adeodata Pisani. Il-ġurnata tal-festa kienet intgħażlet mill-Papa Ġwanni Pawlu II meta bbeatifika l-ewwel tliet Maltin f’ċerimonja fuq il-Fosos tal-Floriana f’Mejju tas-sena 2001. Il-ġurnata…

Kronaka

Raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun. L-inċident seħħ bejn bejn vettura tal-għamla Toyota Aygo, li…

Stejjer Umani

Filmat ta’ tifel ċkejken ta’ 9 snin inxtered f’ħakka ta’ għajn mad-dinja kollha meta esprima d-dwejjaq li ħakmuh minħabba l-bullying. Fil-filmat miġbud minn ommu, Quaden Bayles jinstema’ jgħid li jrid…

Aktar