Malta kontra t-trasport illegali ta’ l-iskart – Ministru Leo Brincat

Il-Ministru għall-iżvilupp sostenibbli, Leo Brincat jinsab Lussemburgu f’laqgha tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ambjent fejn fost oħrajn qed jiddiskutu t-trasport illegali tal-iskart.

Il-Ministru Brincat qal li Malta qegħda fuq quddiem fil-ġlieda kontra t-trasport illegali tal-iskart u mhix tagħmel dan sempliċiment biex toqgħod mad-direttivi tal-istess Unjoni Ewropeja. Huwa qal li dan qed isir għax il-pajjiż jemmen li  għandu jiġġieled prattiċi ħżiena u abbużivi, iħares is-saħħa taċ-ċittadini u jsaħħaħ l-ambjent.

Il-Ministru Leo Brincat qal li l-pajjiż jemmen mhux biss fl-infurzar ta’ dawn ir-regolamenti jżda wkoll li jkun hemm spezzjonijiet regolari tat-trasport ta’ dan l-iskart mill-istati membri kollha.

Huwa ħeġġeġ biex, kemm għat-trasparenza u anke biex kullħadd ikun responsabbli ta’ għemilu, jkun tajjeb li jiġu ppubblikati r-riżultati tal-ispezzjonijiet li jkunu saru.

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Bejn nofs l-2018 u nofs is-sena li għaddiet, l-Aġenzija tal-programm ta’ ċittadinaza b’investiment irċeviet 311-il applikazzjoni, dsatax inqas mill-istess perjodu s-sena ta’ qabel, b’żidiet fl-applikazzonijiet mill-Ażja u l-Ewropa. Mindu beda l-programm,…

Trasport

Il-Malta Public Transport nidiet l-ewwel karozza tal-linja li taħdem 100% bl-elettriku fi proġett pilota biex tistudja l-possibiltà li vetturi ta’ dan it-tip jibdew ikunu parti mill-flotta. Konrad Pule mill-Malta Public…

Qorti

Impjegat f’garaxx tal-VRT spiċċa bil-liċenzja sospiża għal għaxar snin wara li ċċertifika karozza li sippost m’għaddietx mit-test. Michael Anthony Cahill miż-Żurrieq, impjegat f’garaxx tal-VRT f’Ħal Luqa, instab ħati li aċċetta…

Qorti

Alistair Camilleri ta’ 39 sena mill-Marsa baqa’ miżmum arrestat wara li tressaq akkużat b’sensiela ta’ hold-holdups iktar kmieni dan ix-xahar. Camilleri m’ammettiex l-akkużi kontrih. Hu ġie arrestat mill-Pulizija ta’ Kontra…

Aktar