Lokali
Malta kważi f’nofs triq fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza tal-ġeneru kklassifika lil Malta fil-ħmistax il-post, kważi nofs triq fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. L-indiċi jkejjel diversi fatturi li jiddeterminaw il-kwalità ta’ ħajja tan-nisa f’pajjiżi Ewropej, mix-xogħol, saħħa, poter, saħħa għall-bilanċ bejn il-karriera u l-familja u l-indipendenza finanzjarja.

Malta kklassifikat fil-ħmistax-il post fost it-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea fl-indiċi tal-ugwaljanzi tal-ġeneru li jqies fatturi bħax-xogħol u l-impjiegi, il-finanzi u l-poter, is-saħħa, l-indipendenza finanzjarja, il-ħin għall-volontarjat u l-vjolenza fil-konfront tan-nisa.

B’medja ta’ 62.5, Malta kisbet kważi ħames punti inqas mill-medja tal-Unjoni Ewropea u żammet l-istess pożizzjoni li kellha fl-2005 minkejja li tejbet il-punti tagħha.

Dr. Josanne Cutajar mill-Università ta’ Malta qalet li l-istampa li toħroġ minn dan l-indiċi għandha diversi dimensjonijiet. Qalet li filwaqt li Malta tinsab fost l-ewwel tliet pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għall-ugwaljanza f’oqsma bħas-saħħa u għamlet passi sostanzjali fl-oqsma tax-xogħol u l-indipendenza finanzjarja, għadha batuta fir-rappreżentazzjoni tal-mara fil-politika u f’pożizzjonjiet fuq bordijiet u f’karigi fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.

”Għax aħna min-natura tagħna… immorru fl-areas fejn hemm nies bħalna, ngħidulu homophily… fl-areas fejn jibdew deħlin in-nisa tibda tara reaction, sakemm ikunu nisa u rġiel waħedhom… se jkollhom ħafna impatt mentali illnesses minħabba l-istress… meta jibdew ikunu thirty percent f’dik l-area tibda tara li jkollhom iżjed assertiveness.”

Dr. Cutajar attribwixxiet id-diskrepanza għal għadd ta’ fatturi fosthom in-nuqqas tan-nisa fl-oqsma tal-volontarjat f’ambjenti ddominati mill-irġiel bħal każini tal-baned u politiċi, istituzzjonijiet reliġjużi u clubs sportivi. Irrimarkat li s-sehem tan-nisa fl-oqsma bħax-xjenza, inġinerija, matematika, finanzi u t-teknoloġija mhux b’saħħtu minkejja li żdiedu l-gradwati nisa.

”Dik turi li forsi Malta għandha ċ-ċans li jekk ikun hemm strutturi li nistgħu ninvestu fihom u nagħmluhom aħjar… inġibu l-preżenza tan-nisa iżjed aħjar fl-isfera pubblika.”

Il-pajjiżi Skandinavi bħall-Iżvezja u d-Danimarka kisbu l-iżjed punteġġ għoli għall-ugwaljanza, u kienu segwiti minn Franza, il-Finlandja u r-Renju Unit. Il-pajjiżi li marru l-agħar huma l-Polonja, ir-Rumanija, l-Islovakkja l-Ungerija u l-Greċja.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Gvern qed ifassal abbozz ta’ liġi biex Malta jkollha Qorti tal-Ambjent fejn jinstemgħu u jiġu deċiżi każi ta’ reati ambjentali. Il-Ministru tal-Ambjent qal li għandu l-kelma tal-avukati li l-abbozz ta’…

Edukazzjoni

Fil-bidu tas-sena d-dieħla, studenti mill-Korea t’Isfel se jibdew jitħarrġu f’Malta biex jiggradwaw bħala tekniċi fil-manutenzjoni tal-ajruplani. L-istudenti se jitħarrġu fl-MCAST wara qbil bejn il-kulleġġ, żewġ kumpaniji privati u l-gvern tal-Korea…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni LifeCycle għamlet għotja ta’ €25,000 lill-Università għar-riċerka dwar ċesti li jitrabbew fil-kliewi. Riċerkaturi ser jagħmlu stħarriġ dwar il-ġenetika ta’ din il-kundizzjoni li tintiret fil-familji u twassal għal mard serju…

Televiżjoni u Radju

Il-prevedibbli se jsir imprevedibbli waqt l-għodwiet min-nhar it-Tnejn li ġej ma’ Carlo, Gordon u Anna fuq Magic Malta 91.7 FM. It-tliet karattri vivaċi b’livelli varji ta’ esperjenza radjofonika se jieħdu…

Aktar