Blockchain
Malta l-ewwel fid-dinja biċ-ċertifikati tal-edukazzjoni fuq il-blockchain

Mis-sena skolastika li jmiss Malta se tkun l-ewwel pajjiż fid-dinja fejn iċ-ċertifikati tal-edukazzjoni u l-kredenzjali ta’ kull student se jkunu fuq blockchain.

Dan se jsir bis-saħħa ta’ ftehim ta’ sentejn li l-Gvern iffirma ma’ kumpanija tal-blockchain, Learning Machine, li fl-aħħar sentejn għamlet proġett pilota ma’ studenti mill-MCAST u l-ITS fost l-oħrajn. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-wegħda li Malta ssir ‘blockchain island’ saret realtà.

Prime Minister Joseph Muscat presides over the signing agreement between the Ministry for Education and Employment and Learning Machine-Auberge de Castille, Valletta-21-2-19

 

Studenti Maltin mhux se jkollhom aktar bżonn jikkuntattjaw l-awtoritajiet tal-edukazzjoni biex ikollhom kopja taċ-ċertifikati tal-O levels, l-A levels, degrees jew diplomi għax minn Ottubru li ġej il-kredenzjali u ċ-ċertifikati edukattivi maħruġa mill-istituzzjonijiet privati u pubbliċi f’Malta se jkunu fil-blockchain.

Fl-aħħar sentejn din it-teknoloġija msejħa Blockcerts ntużat għall-ewwel darba f’Malta fi proġett pilota mmexxi minn Learning Machine u MIT, Istitut tat-teknoloġija Amerikan kif spjegatilna Natalie Smolenski.

“Now you have them in a digital format and you can take them anywhere in the world, share them with anyone you want and verify them instantly for free”

Waqt l-iffirmar ta’ kuntratt ta’ sentejn bejn il-Gvern u Learning Machine, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan l-iżvilupp ikompli jikkonferma l-viżjoni ta’ Malta li ssir ‘blockchain island’. Qal li minn Settembru tal-2017 ‘l hawn, Malta rnexxilha tattira wħud mill-aqwa talent u ideat f’dan is-settur.

Is-Segretarju Parlamentari għall-ekonomija diġitali u l-innovazzjoni, Silvio Schembri, qal li mit-Tnejn li ġej se tinħareġ sejħa oħra għall-boroż ta’ studju għall-istudenti li jridu jispeċjalizzaw f’livell ta’ Masters jew PhD fil-blockchain, waqt li minn Ottubru l-Università ta’ Malta se tintroduċi l-blockchain f’uħud mill-korsijiet.

“Il-korsijiet tal-liġi, tal-ICT, tal-inġinerija u dawk relatati se jinbidlu u jkollhom credits li huma ffukati fuq il-blockchain allura qed ngħidu li issa se jibda’ jkollna avukati li jistgħu jispeċjalizzaw f’din l-industrija wkoll, accountants, awdituri, ICT officials, programmers.”

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, qal li l-gvern qed juri lid-dinja li Malta mhux biss toħlom affarijiet kbar imma twettaq affarijiet kbar. Qal li l-Gvern irid ikun katalist u ta’ eżempju għall-pajjiżi oħrajn li għadhom xettiċi ta’ x’jistgħu jagħmlu ġdid b’għodda ġdida.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar