Politika
Malta l-iktar pajjiż li kabbar l-ekonomija, iżda hemm prijoritajiet oħra – Il-PM

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li l-Unjoni Ewropea kkonfermat li Malta ser tkun l-aktar pajjiż fl-Ewropa kollha li ser ikabbar l-ekonomija.

F’attività politika f’Birżebbuġa, Dr Muscat qal, iżda, li hemm prijoritajiet oħra li l-Gvern irid jindirizza, inkluż il-kwalità tal-ħajja, l-ispazji miftuħa u l-kwalità tal-arja. Qal li wara li tneħħiet il-powerstation li taħdem bil-heavy fuel oil, issa jmiss il-qalba għall-karozzi li jaħdmu bl-elettriku.

Dr Muscat irringrazzja lit-tmexxija tal-Port Ħieles, li ċediet art li fuqha kellha permessi biex tiġi żviluppata, biex minflok ser jitħawwlu 8,000 siġra.

Dr Muscat qal li Gvern Nazzjonalista għabba l-Kunsilli Lokali bir-responsabilità tat-toroq, iżda qatt ma tahom ir-riżorsi biex jaħdmu. Qal li kien hemm toroq fejn la l-kunsilli u lanqas Transport Malta ma kienu jerfgħu r-responsabilità għalihom. Dr Muscat qal li b’investiment ta’ seba’ mitt miljun ewro f’seba’ snin, it-toroq kollha ser jiġu rranġati mill-Gvern. Qal li l-flus li kienu jintużaw mill-kunsilli lokali għat-toroq, issa ser jintużaw għal proġetti oħra. Il-mexxej Laburista qal li skanta meta sema’ l-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li l-proġett tat-toroq ma kienx hemm bżonnu. Wiegħed li se jara li sal-inqas triq issir.

Dr Muscat qal li l-Gvern ser jgħin federazzjonijiet sportivi li jersqu ‘l quddiem bi pjan konkret biex jgħinu lill-atleti jkunu suċċess. Dr Muscat faħħar lit-tim nazzjonali tal-waterpolo ta’ taħt is-17-il sena u s-sagrifiċċji li għamlu biex għamlu suċċess fil-kampjonat Ewropew. Dr Muscat qal li rridu nadattaw is-sistema edukattiva biex tgħin sportivi jibqgħu jitħarrġu fid-dixxiplini tagħhom u jitkompla l-investiment fl-infrastruttura sportiva.

Dr Muscat qal li Gvern Nazzjonalista nesa n-naħa t’isfel ta’ Malta għal 25 sena sħaħ, u issa lanqas ma ried liċ-ċittadini tan-nofsinahar ta’ Malta jivvutaw wara li l-Partit Nazzjonalista ma ħariġx biżżejjed kandidati, inkluż f’Birżebbuġa.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġ persuni ntlaqtu minn vettura fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am fi Triq Xatt l-Għassara ma’ moll iċ-ċingaturi. Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 28 sena mill-Imqabba. Il-persuni milquta huma żewġt…

Lokali

Il-Ministri Konrad Mizzi u Owen Bonnici qalu li nħolqu profili foloz tagħhom u qed joqogħdu jitkellmu man-nies. Fuq Facebook, il-Ministru Bonnici qal li min ħoloq dawn il-profili qed joqgħod jkellem…

Edukazzjoni

Is-sena li għaddiet 3,500 tifel u tifla ta’ bejn it-tlieta u s-sittax-il sena ġew reġistrati fil-Klabb 3-16. Is-servizz mogħti minn madwar 600 persuna fi 28 skola joffri serħan il-moħħ u…

Kronaka

Fire Gepostet von Paul Camenzuli Kerr am Sonntag, 18. August 2019 Nirien li tkebbsu f’residenza privata fi Triq Bizazza f’Tas-Sliema waslu biex 12-il persuna li kienu evakwati ngħataw l-assistenza medika…

Aktar