Lokali
Malta lesta tikkontribwixxi fl-iżvilupp ekonomiku fin-naħa ta’ fuq tal-Afrika – il-Ministru Edward Scicluna

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna qal li Malta tinsab determinata li flimkien mal-Bank Ewropew għar-rikostruzzjoni u għall-iżvilupp ekonomiku jkollha sehem fl-iżvilupp ta’ pajjiżi fin-naħa ta’ fuq tal-Afrika. Il-Viċi President ta’ dan il-bank, Pierre Heilbronn qal li l-bank diġà investa €7.5 biljun f’pajjiżi bħal Eġittu u t-Tuneżija.

Il-Bank Ewropew għar-rikostruzzjoni u l-iżvilupp twaqqaf fl-1991 bil-għan li jgħin pajjiżi mill-eks Unjoni Sovjetika jiżviluppaw ekonomiji miftuħa bl-għajnuna tal-investiment privat. Fl-aħħar seba’ snin il-bank beda jgħin pajjiżi mir-reġjun tal-Mediterran speċjalment fin-naħa ta’ fuq tal-Afrika.

Wara laqgha mal-Ministru tal-finanzi Edward Scicluna, il-Viċi President tal-Bank, Pierre Heilbronn qal li Malta tista tagħti sehem importanti fl-iżvilupp ta’ pajjiżi bħat-Tuneżija, il-Marokk u l-Eġittu.

Pierre Heilbronn qal “it understands better than others the fantastic economic opportunities we can build together”.

Il-Ministru Scicluna qal li Malta lesta tikkontribwixxi fl-iżvilupp ekonomiku fin-naħa ta’ fuq tal-Afrika anke billi negozji Maltin ikunu inċentivati jinvestu u joħolqu x-xogħol f’pajjiżi li esperjenzaw ir-rebbiegħa Għarbija. Il-Professur Scicluna qal li ż-żgħażagħ fir-reġjun fit-tramuntana tal-Afrika jixirqilhom futur aħjar.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Illum ġew irrapportati 2 każijiet ġodda wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,374 swab test. Skont l-aħħar aġġornament ippubblikat mill-Ministeru għas-Saħħa fuq Facebook, fiequ 11-il persuna oħra. Dan ifisser li…

Relazzjonijiet Industrijali

Erbgħin minn total ta’ madwar 120 membru tal-ekwipaġġ tal-linja tal-ajru Malta Air, li hi sussidjarja ta’ Ryanair, ilbieraħ tard filgħaxija rċevew ittra li b’effett mit-30 ta’ Ġunju li ġej l-impjieg…

Unjoni Ewropea

Matul l-2019, il-MEUSAC tellgħet 34 attività pubblika u laqgħat ta’ konsultazzjoni u 39 sessjoni għat-tfal u għall-istudenti dwar l-Unjoni Ewropea (UE). Saru wkoll 5 sessjonijiet ta’ taħriġ u 300 laqgħa…

Avjazzjoni

Kmieni dalgħodu wasal Malta f’titjira diretta miċ-Ċina ajruplan kbir tal-għamla Airbus A340-600 operat mil-linja tal-ajru Maleth-Aero u reġistrat Malta. L-ajruplan beda l-vjaġġ ta’ madwar 11-il siegħa minn Nanjing fiċ-Ċina biex…

Aktar