Politika
Malta ma tistax terfa’ responsabilità li mhix tagħha – il-PM dwar l-immigrazzjoni

Il-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat qal li fl-interess nazzjonali, il-Gvern attodatta politika pro-attiva fis-soluzzjoni tal-kwistjoni tal-immigrazzjoni.

Il-Prim Ministru qal li Malta dejjem terfa’ r-responsabilità tagħha, iżda ma tistax terfa’ dak li mhux tagħha, waqt li qed turi li hija pajjiż li tista’ tirraġuna u taħdem miegħu. Żied li dan qed jirrifletti fuq l-ekonomija, u qal li fil-ġimgħat li ġejjin se jħabbar aktar investimenti.

Il-Prim qal li l-Gvern hu koerenti fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni. Qal li se jibqa’ jħares żewġ prinċipji: r-rispett lejn il-ħajja umana u l-interess nazzjonali.

F’kollegament telefoniku fuq ONE Radio, il-Prim Ministru qal li f’pajjiżi oħra fl-Ewropa u lil hinn għaddej dibattitu dwar jekk jagħmlux ħajt jew le biex iwaqqfu l-influss tal-immigranti. Dr Muscat saħaq li l-gvern Malti addota attitudni ta’ sens komun biex jinstabu s-soluzzjonijiet.

Insista li Malta dejjem terfa’ r-responsabbiltajiet tagħha, iżda ma tista terfa’ dak li mhux tagħha. Qal li li l-Gvern dejjem refa’ r-responsabbilità tiegħu mingħajr ma talab l-għajnuna ta’ ħadd.

Il-Prim Ministru semma l-kordinazzjoni li għaddejja bejn l-Ewropa u l-Libja. Qal li għall-ewwel darba l-gwardja tal-kosta Libjana qed tkun effettiva u qed iżżomm lit-traffikanti tal-bnedmin milli jibagħtu lin-nies lejn l-Ewropa.

B’referenza għall-kwistjoni tal-vapur Open Arms, Dr Muscat qal li dan il-każ qajjem drama sħiħa fl-Italja, u kellu riperkussjonijiet anke fuq il-Gvern. Għall-kuntrarju, qal fil-każ tal-vapur Ocean Viking b’356 immigrant, Malta addottat attitudni differenti, u tkellmet mal-Kummissjoni Ewropea u kellha kuntatti diretti mal-gvernijiet ta’ Franza u l-Ġermanja biex tinstab soluzzjoni.

Il-Prim Ministru qal li ġie rikonoxxut li dan il-każ ma kienx fir-responsabilità ta’ Malta. Qal li għandu bil-miktub kemm se jkunu qed jieħdu immigranti s-sitt stati membri tal-Unjoni Ewropea. Semma li Franza waħedha se tieħu l-akbar ammont – 150.

Dr Muscat żied li dan wassal biex Franza u l-Ġermanja ħaffew il-proċeduri biex jieħdu lill-immigranti li kienu wiegħdu li se jieħdu minn Malta. Wara li fil-bidu ta’ din il-ġimgħa Franza bagħtet ajruplan biex tiġbor lill-immigranti, il-ġimgħa d-dieħla l-Ġermanja se tagħmel l-istess biex tieħu grupp ieħor ta’ immigranti. Qal li huwa jagħti garanzija li l-pajjiżi li wegħdu li jieħdu l-immigranti minn Malta dejjem onoraw l-obbligu tagħhom.

Il-Prim Ministru faħħar il-ħidma tal-Forzi Armati, li jgħaddu minn periklu fit-twettiq tal-operazzjonijiet kumplikati biex jitrasferixxu lill-immigranti u jniżżluhom l-art. Huwa nnota l-istqarrija tal-Oppożizzjoni, li qablet mal-mod kif mexa l-Gvern fil-każ tal-Ocean Viking.

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 90 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar