Internet
Malta mal-erba’ pajjiżi bl-ikbar avvanz fl-ekonomija diġitali

Malta klassifikat mal-erba’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li għamlu l-ikbar avvanz fl-ekonomija diġitali u l-indiċi tas-soċjetà fl-aħħar ħames snin.

L-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea f’dan ir-rigward, magħruf bħala DESI, jkejjel il-konnettività bl-internet, il-ħiliet tan-nies fl-internet, kemm in-nies jużaw l-internet għas-servizzi, id-diġitalizzazzjoni tan-negozji u l-e-commerce, kif ukoll is-servizzi li l-Gvern joffri fuq l-internet.

Mill-istħarriġ ħareġ li l-iktar pajjiż li mexa ‘l quddiem huwa l-Irlanda, segwit mill-Olanda, Malta u Spanja. Dawn l-erba’ pajjiżi kollha kisbu punti li huma ogħla mill-medja Ewropea.

Il-progress kien baxx għad-Danimarka, l-Estonja u l-Lussemburgu, anki jekk dawn baqgħu fost il-pajjiżi l-iktar avvanzati fl-ekonomija diġitali. Intqal li l-kumplament tal-pajjiżi, li jaqgħu taħt il-medja Ewropea, ftit li xejn għamlu progress.

Malta kienet ukoll fost dawk li, mhux biss għamlu progress, imma jikkwalifikaw bħala l-pajjiżi bl-iktar ekonomija diġitali avvanzata fl-Ewropa.

Il-Finlandja, l-Iżvezja, id-Danimarka u l-Olanda huma meqjusa li għandhom l-iktar ekonomiji diġitali avvanzati, segwiti minn Malta, l-Irlanda u l-Estonja.

Il-Bulgarija, il-Greċja, ir-Rumanija u l-Italja huma l-pajjiżi li kisbu l-iktar punti baxxi fl-istħarriġ tad-DESI.

Tista’ taqra r-riżultati tal-istħarriġ hawn.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja rrapporta għax-xogħol għall-aħħar darba mal-istazzjon nazzjonali wara karriera ta’ 44 sena. Is-Sur Bugeja se jirtira bl-età f’nofs dan ix-xahar wara li għall-aħħar seba’ snin mexxa l-Kamra tal-Aħbarijiet…

Lokali

Issokta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet li jinkludu l-Ospizio fil-Furjana biex sas-sajf ta’ sentejn oħra jinfetaħ għall-pubbliku dak li qed jissejjaħ bħala l-ewwel mużew tal-arti kontemporanja f’Malta bl-isem ta’ MICAS. Il-proġett jinkludi fost…

Avjazzjoni

L-Air Malta kitbet paġna oħra fl-istorja tagħha meta ajruplan tal-linja nazzjonali tar għall-ewwel darba lejn l-Indja biex ħa lura f’Kerala 110 ċittadin Indjan f’titjira ta’ ripatrijazzjoni mħallsa mill-gvern. Tkellimna ma’…

Lokali

Il-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment se jingħalaq u l-aġenti ġew infurmati biex ma jaċċettawx iżjed applikazzjonijiet. Minflok ser isiru regolamenti ġodda dwar ir-residenza b’żewġ saffi. Saff minhom jagħti dritt lil persuni li…

Aktar