Lokali
Malta m’għadhiex waħidha fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni – Ministru Franċiża

Il-Ministru Franċiża tal-Affarjiet Ewropej Nathalie Loisea u qalet li Malta m’għadhiex waħidha fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni. Żiedet tgħid iżda li l-kwistjoni tal-immigrazzjoni u l-integrazzjoni tagħhom huma l-ikbar sfida li qed taffaċċja l-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Franċiża qalet dan waqt li fl-iskola ta’ San Pawl il-Baħar, lokalità li għandha diversità fil-popolazzjoni tagħha fejn fi tmiem il-ġimgħa saret konsultazzjoni pubblika organizzata mill-MEUSAC fis-sensiela ‘Għid tiegħek dwar l-Ewropa’.

Il-Ministru Franċiża tal-Affarjiet Ewropej Nathalie Loiseau qalet li l-Unjoni Ewropea qatt m’affaċċjat sfidi daqskemm qed taffaċċja f’dawn iż-żminijiet.

Waqt li kienet qed tindirizza ‘Għid tiegħek dwar l-Ewropa’ – konsultazzjoni pubblika f’San Pawl il-Baħar dwar il-politika tal-immigrazzjoni u l-integrazzjoni, il-Ministru Franċiża qalet li jeħtieġ blokk Ewropew magħqud biex jegħleb sfidi li jvarjaw mit-tibdil fil-klima sat-terroiżmu u l-immigrazzjoni.

Hija qalet li l-ftehim ad hoc li saru das-sajf biex immigranti li daħlu Malta jitqasmu bejn numru ta’ stati membri ma jistax jitqies bħala pjan dwar kif l-Unjoni Ewropea se tindirizza s-salvataġġi ta’ immigranti fil-ġejjieni.

Il-Ministru  Nathalie Loiseau qalet “we want to reach a sustainable solution because it’s good that we were able to find ad hoc solutions this summer but this is not sufficient so we have to work on a European cooperative solution where solidarity is mandatory.”

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Demokratiku, Martin Cauchi Inglott, argumenta li Malta għadha waħida fl-immigrazzjoni. Appella biex l-UE tiftiehem mal-Libja fuq strateġija dwar l-immigrazzjoni. Il-Ministru Loiseau qalet li sakemm fil-Libja għad m’hemmx gvern sod, tibqa’ l-problema tat-traffikar uman u l-kriminalità organizzata.

Il-Ministru  Nathalie Loiseau qalet “we have to first fight disinformation coming from smugglers. They are on the internet and promise paradise for people if they pay them money and migrants go through Libya and it’s a nightmare.”

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej Helena Dalli qalet li dawn il-konsultazzjonijiet qegħdin isiru fi żmien meta l-estremiżmu u l-popoliżmu qed jinfirxu. Dr Dalli qalet li hemm bżonn politika li tindirizzaw dawn ir-realtajiet b’fatti konkreti.

Il-Ministru Dalli qalet “ma rridux ningħataw biss solidarjetà imma rridu naraw ir-responsabilità wkoll għax bis-solidarjetà biss ma tantx imxejna ‘l quddiem.”

Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Michael Farrugia rrefera għar-relazzjoni eċċellenti dwar bejn Malta u Franza. Qal li l-mexxejja taż-żewġ pajjiżi jikkomunikaw b’mod regolari f’sitwazzjonijiet delikati biex isalvaw ħajjiet maqbuda bejn sema u ilma, anke jekk ma kienitx fir-responsabilità legali tagħhom. Qal li sfortunatament din hija l-ewwel darba li l-pajjiżi Ewropej mhumiex jitkellmu b’vuċi waħda fuq tema bħal din.

Il-Kap tal-MEUSAC, Vanni Xuereb, qal li din kienet is-sitt minn sensiela ta’ konsultazzjonijiet maċ-ċittadini li qegħdin isiru madwar l-Unjoni Ewropea fuq proposta tal-President Franċiż Emanuel Macron biex il-politiċi jisimgħu aktar kif jaħsbu ċ-ċittadini dwar l-ewropa tal-futur.