Politika
Malta mhix stmata mill-istituzzjonijiet Ewropej – il-PD

Il-Partit Demokratiku fi stqarrija qal li jinnota li l-portafoll tal-ugwaljanza li ngħatat Malta ma tantx tagħtina ġieħ u li huwa l-aktar wieħed dgħajjef li qatt ingħatajna.

Dan qalu Dr Godfrey Farrugia filwaqt li sostna li Malta se tkun qed tieħu ħsieb parti żgħira minn dak li darba kien portafoll tal-politika soċjali.

F’termini politiċi, il-PD qal li dan juri biċ-ċar tnaqqis fl-istatura ta’ Malta filwaqt li jemmen li dan il-portafoll ma jistax jinfluwenza direttament kwistjonijiet importanti li joqltu lil pajjiżna bħall-immigrazzjoni, il-gaming, l-ekonomija, l-ambjent u l-kummerċ fost oħrajn.

Skont il-PD, il-fatt li ftit xhur ilu l-Prim Ministru Joseph Muscat ma ngħatax pożizzjoni fl-UE, din l-għotja tkompli tixhed kemm Malta mhix stmata mill-istituzzjonijiet Ewropej.

Fl-istqarrija, il-PD kompla jgħid li l-kapital politiku ta’ Malta ddeġenera għaliex il-gvern naqas milli jaġixxi fuq xi kwistjonijiet li spiċċaw għamlu dannu lir-reputazzjoni tal-pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, allega li l-Prim Minsitru ta lill-eks Kummissarju tal-Pulizija, Lawrence Cutajar, kuntratt ta’ konsulenza biex ikkonvinċieh jitlaq minn Kummissarju. F’diskors il-lejla f’Ta’ Sannat, Dr Delia saħaq…

Saħħa

Il-coronavirus daħal fl-Ewropa. L-ewwel tliet każi kienu konfermati fi Franza, b’żewġ pazjenti jinsabu fi sptar f’Pariġi u ieħor fil-belt ta’ Bordeaux. Tnejn mill-pazjenti jiġu minn xulxin. Il-virologu, Christopher Barbara, li…

Lokali

Minn hawn u xahrejn oħra, se tibda tiġġenera l-elettriku l-ikbar solar farm f’Malta. B’daqs ta’ 90 tomna, is-solar farm privata, li tinsab fil-limiti tal-Imġarr, tesa’ madwar 17,000 pannella tax-xemx. Fl-istess waqt,…

Aktar