COVID-19
Malta mhux ħielsa għalkollox mill-virus l-għaliex għad hemm tixrid fil-komunità – il-Prof Gauci

Ma nistgħux ngħidu li Malta ħielsa għalkollox mill-Coronavirus.

Dan qalitu l-Professur Charmaine Gauci waqt il-konferenza stampa tal-lum hekk kif spjegat li 1% min-nies li jmorru għat-testijiet u qed joħorġu pożittivi għall-virus huma bla sintomi.

Dan, qalet il-Professur Gauci jfisser li għad hemm tixrid fil-komunità u għalhekk ma nistgħux ngħidu li Malta ħielsa mill-virus.

Hija qalet li ż-żmien itina parir dwar dan filwaqt li l-awtoritajiet se jkomplu bil-ħidma tagħhom biex jassiguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-pubbliku.

Il-Professur Gauci qalet li indikatur ieħor pożittiv hu l-R Factor, jiġifieri r-rata ta’ trasmissjoni minn persuna għall-oħra, reġgħet niżlet għal madwar wieħed.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li jekk il-Maltin ikomplu jsegwu l-pariri biex jilbsu l-maskri, jaħslu jdejhom b’mod regolari u jżommu d-distanza fiżika minn xulxin, Malta se tkompli tirbaħ il-battalja mal-COVID.

“Jekk dawn inżommuhom f’moħħna aħna nkunu qegħdin nimxu fil-mixja tagħna ta’ tranżizzjoni li flimkien qed nimxu, ħalli bilmod il-mod nersqu lejn dan in-normal il-ġdid.”

Dwar il-possibiltà li jibda jkun hemm titjiriet minn Ġunju li ġej, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin u sa issa m’hemm xejn konfermat.

Dwar l-projbizzjoni tat-tipjip fir-ristoranti anke fuq barra, il-Professur Gauci qalet li 80 fil-mija tal-poplazzjoni ma tpejjipx u talli se joqgħodu fuq barra se jkun qed inaqsu r-riskji ta’ tixrid tal-COVID-19 u inqas riskji għal danni oħrajn minħabba t-tipjip ta’ ħaddieħor.

Isma’ l-konferenza stampa kollha hawn:

Aġġornament mid-Direttorat għas-Saħħa Pubblika għal-25 ta' Mejju 2020

Aġġornament mid-Direttorat għas-Saħħa Pubblika għal-25 ta' Mejju 2020

Gepostet von Television Malta am Montag, 25. Mai 2020

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Struttura tal-ħadid li se sservi bħala saqaf għall-wieħed miż-żewġ hangers il-ġodda tal-Kumpanija SR Technics f’Ħal Farruġ bħalissa qed tittella’ b’sistema li qed tintuża għall-ewwel darba f’Malta. L-istruttura li hija wiesa…

Qorti

Fil-Qorti, illum kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni b’rabta mal-każ traġiku f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Ħamrun, li fih tilfet ħajjitha Miriam Pace wara li spiċċat mirduma taħt it-tifrik. Fl-għeluq mill-4 xhur minn meta Miriam Pace tilfet…

Qorti

Guma Mohammed u Yousef Halef Abdel Hamid intbagħtu 4 snin ħabs kull wieħed u ġew ordnati jħallsu multa ta’ €8,691 kull wiehed għad-danni li kienu għamlu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal…

Kronaka

Il-pulizija kkonfermat ma’ TVM li persuna tilfet ħajjitha għall-ħabta tal-05:00 ta’ dalgħodu wara li ħanut fi Triq Ħal Qormi, il-Marsa nbela’ min-nirien. L-identità tal-vittma għadha mhux magħrufa. Fuq il-post issejħu…

Aktar