Statistika
Malta minn tal-ewwel fl-UE b’żieda fit-turiżmu fl-2018

Ċifri tal-Eurostat dwar it-turiżmu fl-Unjoni Ewropea juru li f’Malta, l-industrija tat-turiżmu fl-2018, kellha fost l-aħjar riżultat fost it-tmienja u għoxrin pajjiż tal-Unjoni Ewropea u kienu ħafna aħjar mill-medja Ewropea.

Filwaqt li l-iljieli li t-turisti qatgħu fil-pajjiżi Ewropej żdiedu b’medja ta’ 2 fil-mija, f’Malta l-iljieli tat-turisti żdiedu b’6.5 fil-mija. Kien biss fil-Latvja u fil-Litwanja li kellhom riżultat aħjar minn ta’ Malta.

Miċ-ċifri tal-Eurostat joħroġ li 96 fil-mija tal-iljieli li t-turisti qagħdu fil-lukandi ma kienux Maltin. Għaldaqstant, jirriżulta li Malta kellha l-ogħla rata ta’ iljieli fl-Unjoni Ewropea minn persuni li mhumiex residenti tal-pajjiż. Mill-istatistika tal-Eurostat għall-2018, joħroġ ukoll li Malta bi 8.6 fil-mija kellha t-tieni l-akbar żieda wara Ċipru f’dak li huwa turiżmu intern.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għandha 19-il sena u ma’ TVM irrakkuntat it-trawma kbira li għaddiet minnha minħabba dak li sejħet estremiżmu fit-twemmin ta’ komunità Nisranija. Amy Attard tirrakkonta kif minħabba hekk qed jitkissru għadd…

Riċerka

Il-lenti tal-kamera provdiet għodda lill-fotografi matul is-snin, biex bir-ritratti tagħhom iħallu xhieda tal-passaġġ tal-istorja. Il-fotografu professjonali Kevin Casha ġabar riċerka fuq kważi mitejn sena ta’ fotografija f’pubblikazzjoni li fiha ritratti…

Ippjanar u bini

Proġett li jekk ikun approvat mistenni jbiddel il-kunċett tat-trasport u l-presenza tal-vetturi fit-toroq. Studju dwar il-possibbiltà ta’ proġett ta’ Metro jew Monorail mistenni jkun ippublikat dalwaqt bil-Prim Ministru Robert Abela…

Politika

Id-19-il deputat tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista qalu li f’kull deċiżjoni li qed jieħdu qed jiżguraw li jpoġġu l-interessi tat-tesserati, tal-Partit kif ukoll tal-pajjiż fuq quddiem. Tkompli l-istennija għal direzzjoni mill-President…

Aktar