LGBTIQ
Malta mistennija tospita l-EuroPride fl-2023

Malta se tospita l-Europride 2023 wara li għelbet l-isfida ta’ Rotterdam fl-Olanda u Belfast fl-Irlanda li flimkien ma’ Malta tefgħu l-offerta biex jospitaw l-edizzjoni ta’ tliet snin oħra.

Dan huwa l-akbar avveniment LGBTIQ+ Ewropew, li kull sena jiġbed lejh diversi viżitaturi minn madwar id-dinja kollha. L-offerta f’isem Malta saret f’isem l-Allied Rainbow Communities.

Il-programm huwa mifrux fuq għaxar t’ijiem u se jsir fil-Belt bis-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar, qalet li dan se jservi ta’ opportunità biex Malta tilqa’ persuni LGBTIQ mill-Ewropa kollha u lil’ hinn. Qalet li dan huwa dover ta’ Malta biex tkompli ssostni d-drittijiet u l-kunċett tal-ugwaljanza fost kulħadd.