Immigrazzjoni
AĠĠORNAT(2): Jiddaħħlu Malta s-76 immigrant

Il-Forzi Armati kienu Involuti f’salvataġġ ieħor ta’ immigranti fl-ibħra fir-responsabbiltà ta’ Malta.

76 immigrant illejla ddaħħlu b’patrol boat fil-kwartieri tal-Iskwadra Marittima f’Xatt it-Tiben. Fost l-immigranti kien hemm 15-il mara, b’uħud minnhom tqal, u tarbija. Huma nstabu fuq dgħajsa li kienet bdiet vjaġġ mil-Libja, jumejn ilu, u aktar kmieni matul il-ġurnata sejħu għall-għajnuna meta sabu ruħhom f’diffikultà.

Wara li tniżżlu l-art, l-immigranti ttieħdu b’xarabanks tal-Pulizija għal aktar stħarriġ mit-Taqsima tal-Immigrazzjoni.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-familja, id-drittijiet tat-tfal u solidarjetà soċjali Michael Falzon qal li s-sena li għaddiet kien hemm disa’ każi ġodda ta’ traffikar uman. Fi tweġiba parlamentari għall-mistoqsija tad-deputat nazzjonalista Claudette Buttigieg, il-Ministru Falzon…

Politika

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ikkundanna attakki personali li saru lbieraħ u llum minn żewġ deputati tal-Partit Nazzjonalista fuq ġurnalist li għandu programm fuq l-istazzjon ONE. L-IĠM qal li minbarra diversi rapporti…

Lokali

Il-fondazzjoni għas-servizzi ta’ ħarsien soċjali qed taħdem ma’ 1,300 vittma ta’ vjolenza domestika f’1,324 każ li għandha f’idejha. Il-Ministru għall-familja, drittijiet tat-tfal u solidarjetà soċjali Michael Falzon qal dan fi…

Lokali

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler fl-ewwel rapport annwali tal-Uffiċċju tiegħu qal li sa Dicembru li għadda rċieva 29 ilment. Minnhom, sebgħa ma setgħux jiġu investigati għal diversi raġunijiet, fost…

Aktar