COVID-19
“Malta rebħet il-gwerra kontra l-Covid-19”

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-pajjiż rebaħ il-gwerra kontra l-Covid-19. F’konferenza tal-aħbarijiet Dr Fearne qal li ma jfissirx li għax pajjiżi oħra għadhom fil-gwerra, Malta trid tibqa’ fil-gwerra wkoll. Qal li llum l-R-factor huwa 0.5 u dan huwa baxx ħafna.

Id-Deputat Prim Ministru qal li llum il-pajjiż għandu sistema tas-saħħa ppreparata għal kull każ ta’ epidemija, sew jekk hi Covid-19 kif ukoll epidemija oħra inkluż mewġa ta’ influwenza staġjonali.

Dr Fearne qal li d-differenza bejn Frar u Marzu u s-sitwazzjoni llum, hi li fi Frar il-pajjiż kien qed idaħħal sistema biex tilqa’ għall-mewġ u llum din is-sistema qiegħda hemm u tista’ tiġi attivata għal kull eventwalità.

Qal li llum il-pajjiż reġa’ beda jagħti s-servizzi kważi kollha tas-saħħa filwaqt li għandu biżżejjed ilbies protettiv, biżżejjed tagħmir, l-istaff imħarreġ, laboratorji attrezzati, u spazji biżżejjed ġewwa u barra mill-isptar.

Id-Deputat Prim Ministru saħaq li għalkemm il-pajjiż qed f’sitwazzjoni fejn jista’ jieħu passi lejn in-normalità u qed jillaxka r-restrizzjonijiet b’moħħu mistrieħ, irid jibqa’ fuq allert.

Temm jgħid li dak li l-pajjiż rebaħ bis-saħħa tal-poplu, illum jista’ jissarraf fis-saħħa tal-ekonomija biex il-pajjiż jimxi ‘l quddiem.

Mistqosi mill-ġurnalisti meta se jkunu jistgħu jinfetħu l-knejjes u ssir il-quddie, Dr Fearne qal li saru diskussjonijiet li minn nofs Ġunju se jkunu jistgħu isiru xi quddisiet u li d-dettalji se tkun qed tħabbarhom il-Kurja.

Ara wkoll:

Minn nhar il-Ġimgħa se jiġu rilaxxati kważi l-miżuri kollha, iżda l-maskri se jibqgħu jintlibsu

Se jinfetħu l-kumplament tal-ħwienet u ċ-ċentri tal-ħarsien tat-tfal

Ara liema huma l-pajjiżi li l-Maltin jistgħu jsiefru lejhom minn Lulju

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar