Propjetà
Malta rreklamata għall-investiment fil-propjetà waqt fiera fi Munich

Waqt fiera fi Munich, il-Fondazzjoni Propjetà Malta kompliet tirreklama lil Malta bħala destinazzjoni ta’ investiment fis-suq tal-propjetà.

Fl-Expo tal-propjetà f’Munich, meqjus fost l-aqwa fieri fis-suq tal-propjetà, aġenti tal-propjetà u żviluppaturi, kif ukoll is-Segretarju Parlamentari Chris Aguis, kienu fid-delegazzjoni tal-Fondazzjoni biex juru x’toffri Malta lill-investituri potenzjali.

Matul il-fiera ġiet organizzat konferenza bit-tema ‘Malta b’ambizzjonijiet kbar’, li fih is-Segretarju Parlamentari Agius spjega li s-suq tal-propjetà f’Malta ilu matul dawn l-aħħar snin għaddej minn tkabbir sostanzjali bħala riżultat ta’ tkabbir ta’ setturi oħra.

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, Sandro Chetcuti, tkellem dwar ix-xenarju li fih żviluppa s-suq tal-propjetà, mgħejjun mill-politika tal-Gvern li tinkoraġġixi l-investiment u b’idejh miftuħa għall-investituri barranin.

Fil-konferenza tkellmu wkoll iċ-Chairman tal-Awtorità tat-Turiżmu Gavin Gulia u Dr Carl Grech minn ditta legali Fenech & Fenech li fisser l-aspetti legali u finanzjarji biex wieħed jinvesti fil-propjetà f’Malta.

Fi stqarrija tal-gvern intqal li l-Expo ta’ Munich kienet l-okkażjoni li laqqgħet l-aġenziji tal-proprjetà ma’ kumpaniji li joffru servizzi finanzjarji, u oħrajn li joperaw fis-settur diġitali.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li mindu bdiet l-investigazzjoni fis-Sezzjoni tat-Traffiku, 34 uffiċjali jinsabu fuq police bail. Minn dawn, 28 huma sospiżi u qegħdin fuq police bail, 6 rtiraw bil-pensjoni u qegħdin…

Lokali

Il-koppja Marvic u Donovan Scerri qed jippjanaw li jmorru Spanja biex jagħmlu l-proċedura tal-IVF f’dan il-pajjiż li jippermetti li jsir test ġenetiku tal-embrijun qabel ikun impjantat fil-ġuf tal-omm biex ikun…

Lokali

Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed tipproponi 20 miżura biex jissaħħaħ il-monitoraġġ u l-kontrolli fl-industrija tat-tonn kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art. Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed issejjaħ għal miżuri ta’ kontroll…

Saħħa

L-għaqda Dinija tas-saħħa wissiet li l-virus jista’ jasal fil-pajjiżi kollha tad-dinja. Is-Supretendent tas-saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li waqt li żidedu l-ammont ta’ swabs li ttieħdu fl-aħħar sigħat ta’ nies…

Aktar