Blockchain u Cryptocurrency
Malta se jkollha l-ewwel kumpaniji tal-blokchain liċenzjati mill-MFSA – Silvio Schembri

Meta indirizza t-tieni summit dwar il-blockchain u l-intelliġenza artifiċjali f’pajjiżna, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta verament qed issir il-gżira tal-industrija blockchain fid-dinja, fejn qed tattira l-aqwa kumpaniji f’dan il-qasam. Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali, Silvio Schembri ħabbar li din is-sena Malta se jkollha l-ewwel kumpaniji tal-blockchain liċenzjati mill-MFSA wara proċess rigoruż.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji approvat l-ewwel aġenti għal operazzjonijiet virtwali, filwaqt li l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali approvat l-ewwel awdituri diġitali. Dr Muscat qal li sa issa ġew approvat ħdax-il aġent virtwali u dan kollu juri li Malta verament qed issir il-gżira tal-blockchain.

Il-Prim Ministru tkellem fit-tieni summit dwar it-teknoloġija blockchain li qed isir f’Malta. Dr Muscat qal li Malta hija miftuħa għall-opportunitajiet tat-teknoloġija ġodda u fil-qasam tal-blockchain kienet pijuniera li għamlet qafas regolaratorju serju, li qed iwassal għal iktar investiment f’Malta.

Semma’ l-istrateġija nazzjonali dwar l-intelliġenza artifiċjali. Il-Prim Ministru qal li sa ħames snin oħra, fid-dinja se jkun hawn mal-ħamsin biljun apparat li jopera bis-servizz tal-internet u li għalhekk qal li Malta trid tkun imħejjija għal din r-rivoluzzjoni ġdida.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali, Silvio Schembri qal li sa tmiem is-sena li għaddiet mat-tmien mitt kumpanija tal-blockchain kienu qed joperaw minn Malta.

Silvio Schembri qal “sabiex topera minn Malta trid bilfors topera bil-liċenzja, u qed nikkalkulaw li lejn tmiem din is-sena, nibdew naraw l-ewwel liċenzji Maltin joħorġu minn pajjiżna”.

Sadanittant dsatax-il student ingħataw boroż ta’ studju fl-oqsma tal-Blockchain u d-Distributed Ledger Technologies, DLT. Dan il-fond għall-boroż ta’ studju twaqqaf bil-kollaborazzjoni bejn il-MITA u l-Università ta’ Malta.

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, qal li ftit wara li l-Gvern nieda l-viżjoni għal Malta biex issir gżira tal-blockchain, illum il-pajjiż qed imexxi dan is-suq. Il-boroż ta’ studju li ngħataw lil dsatax-il student jammontaw għal €160,000. Is-sur Schembri qal li minn Ottubru li ġej fl-Università ta’ Malta, se jibda kors ġdid f’livell ta’ Masters fil-blockchain.

Iċ-Chairman tal-MITA, Tony Sultana u r-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella, qablu li bil-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet u bl-għajnuna tal-Gvern qed tkompli tingħata importanza lil dan il-qasam tal-blockchain bl-għan li iżjed studenti jibdew karriera fiha.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ikkonferma li ż-żewġ ċentri ġodda tas-swabbing se jitwaqqfu f’Ħal Qormi u Burmarrad. Fuq programm tar-radju tal-istazzjoni tal-knisja, qal li dawn iċ-ċentri se…

LGBTIQ

Malta varat l-offerta tagħha biex tospita il-EuroPride 2023 biex daħlet għall-aħħar proċess tal-għażla finali li tinkludi wkoll lill-Rotterdam fl-Olanda u Belfast fl-Irlanda. Il-EuroPride hija meqjusa bħala l-iktar avveniment sinjifikattiv fl-Ewropa…

Qorti

Għaxar immigranti ntbagħtu sentejn ħabs kull wieħed wara li ammettew li ppruvaw jaħarbu minn Malta – tnejn oħra ġew ikkundannati għal sena u nofs ħabs. Abdul Azsem Salah Hassan ta’…

COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa irreġistraw 40 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn 1,548 swab test. Ma kien reġistrat ħadd aktar li fieq u għalhekk l-ammont ta’ nies li rkupraw mill-coronavirus f’Malta baqa’…

Aktar