COVID-19
Malta se tagħti donazzjoni ta’ 20,000 kit tar-rapid test lit-Tuneżija

Malta se tagħti b’donazzjoni 20,000 kit tar-Rapid Antigen Test għall-Covid-19 lit-Tuneżija.

Dan tħabbar mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa u mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.

Fi stqarrija kien spjegat li d-donazzjoni saret minħabba li t-Tuneżija ntlaqtet mill-varjant Delta, meqjus bħala l-kawża ewlenija ta’ każijiet ġodda fit-tixrid tal-pandemija f’dan il-pajjiż tal-Afrika ta’ Fuq.