Lokali
Malta se taħtar żewġ Prosekuturi Delegati Ewropej

Il-Gvern mistenni jibda l-proċess ta’ għażla ta’ żewġ Prosekuturi Delegati Ewropej biex jingħaqdu fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pobbliku Ewropew (UPPE), li ser ikunu stazzjonati Malta.

L-għażla se ssir permezz ta’ sejħa pubblika bil-għan ewlieni li jsaħħaħ l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u t-tressiq għall-ġustizzja ta’ reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, bħal frodi u reati ta’ ħasil tal-flus.

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Governanza Edward Zammit Lewis iltaqa’, permezz ta’ faċilitajiet elettroniċi, mas-Sinjura Laura Codruța Kövesi, il-Prosekutur Ewlieni Ewropew fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE).

Il-Ministru Zammit Lewis spjega numru sinifikanti ta’ riformi li qed isiru fuq livell nazzjonali bil-għan illi jissaħħu l-kwalità, l-indipendenza u l-effiċjenza tal-istrutturi u l-istituzzjonijiet nazzjonali tal-ġustizzja, wara djalogu strutturat mal-Kummissjoni ta’ Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll mal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis tenna li “Dan il-gvern huwa impenjat u kommess li jkompli jmexxi ’l quddiem aktar riformi fil-kuntest tar-riforma ħolistika nazzjonali tal-Ġustizzja. Dan hu eżattament dak li wegħdet l-Amministrazzjoni Robert Abela u dan huwa dak li qed jirnexxielna nwettqu.”

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Knisja f’Malta tfakkar fl-importanza li jiġu osservati l-miżuri ta’ prevenzjoni ta’ tixrid tal-imxija tal-COVID-19. Fi stqarrija qalet li filwaqt li jibqgħu japplikaw il-miżuri tad-distanza soċjali, it-teħid tat-temperatura u miżuri oħra, kull min…

Lokali

Bosta għaqdiet tal-annimali bbenefikaw minn madwar €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt ‘A Night at the Palace’. Waqt il-preżentazzjoni tad-donazzjonijiet lill-għaqdiet tal-annimali, il-mara tal-Prim Ministru Dr Lydia Abela qalet li hija…

Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Aktar