Sport
Malta se terġa’ tilqa’ s-Super League Triathlon f’Ottubru

Għat-tieni darba f’sena, Malta se tospita l-ikbar avveniment tat-triathlon fid-dinja; is-Super League Triathlon.

Dan l-isport, li fih jieħdu sehem fost l-iprem atleti fid-dinja, huwa magħruf għall-isfidi li joffri, għax iżewweġ tliet dixxiplini sportivi flimkien; l-għawm, il-qdif bir-roti u l-ġiri.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi, qal li s-Super League Triathlon isservi biex tattira turisti ta’ kwalità u tpoġġi lil Malta fuq il-mappa tad-dinja bħala destinazzjoni sportiva.

Fi tmiem il-ġimgħa tad-19 u l-20 ta’ Ottubru, l-inħawi tal-Kottonera, speċjalment tal-Birgu, se jkunu miżgħuda atleti professjonali fl-edizzjoni tas-Super League Triathlon, li Malta se tospita għat-tieni darba f’sena. F’dan l-avveniment sportiv, li għalih jattendu fost l-aqwa atleti fid-dinja li jikkompetu bejniethom fi tliet dixxiplini sportivi f’daqqa; l-għawm, il-qdif bir-roti u l-ġiri.

Il-Kap Eżekuttiv tas-Super League Triathlon, Michael Dhulst, qal li l-isfond tal-Port il-Kbir waqt it-tiġrijiet tal-atleti hu xenarju stupend għal dan l-avveniment sportiv li jixxandar fid-djar ta’ aktar minn biljun persuna.

“We pride ourselves to create a stadium-like feeling, a beautiful setting as for triathlon we looked at what kind of nice destinations and locations around Europe. A little bit unique but not so something that everybody has heard about but that would feature a great race. And we thought that Malta has this extremely beautiful.”

Dan l-avveniment sportiv, li hu bla ħlas, kapaċi jiskopri talenti ġodda fosthom żgħażagħ Maltin. “We’re working with Sports Malta to do lots of activities and to build a fan-zone where can eat, drink, have free zumba classes, training sessions, watch the race with a bit of djing, a bit of fine music. It would be a good atmosphere.”

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi, qal li avvenimenti bħal dawn jiġbdu lejn Malta turisti ta’ kwalità, fosthom mill-Amerka u l-Asja, li jħallu iktar flus fl-ekonomija. “Biex inġibu dawn it-turisti jrid ikollok events x’tagħmel. Events ta’ spettaklu, teatru, events ta’ mużika u iva, anki sports. Dan it-tip ta’ leisure jħeġġeġ aktar nies jiġu lejn pajjiżna u toħloq attrazzjoni għal swieq li bħalissa ma jeżistux. Jien persważ li b’dawn l-events se jpoġġu lil Malta fuq il-mappa.”

Huwa stmat li madwar 500 atleta se jattendu għal din l-edizzjoni tas-Super League Triathlon bi tħejjija għall-Olimpjadi tas-sajf li ġej.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

L-Oppożizzjoni qalet fi stqarrija li se titlob lill-Kumitat Parlamentari għall-fondi pubbliċi biex jinvestiga b’urġenza l-għoti tal-hekk imsejħa “golden handshake” lill-uffiċjali biex jirriżenjaw mill-impjieg. Dan wara, fost oħrajn, il-protest ġudizzjarju li…

Turiżmu

L-ogħla numru ta’ passiġġieri li daħlu Malta f’sena abbord cruise-liner mistenni jintlaħaq din is-sena. Bi kważi disa’ mitt elf passiġġier, il-Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port, Stephen Xuereb, qal li l-2019…

Immigrazzjoni

Ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Italja ġew diskussi fl-ogħla livell f’taħditiet f’Ruma bejn il-President George Vella u l-President Sergio Mattarella propju fl-istess ħin li fuq il-baħar kienet għaddejja kwistjoni oħra…

Kronaka

Raġel weġġa’ gravi f’inċident f’Marsaxlokk. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.00pm fi Triq Delimara. Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 36 sena li jgħix il-Kalkara kien qed…

Aktar